Left arrow Mur Lura

PROGRAMM ESTENSIV TA’ TISBIĦ FID-DAR TAL-ANZJANI TAL-GŻIRA

pr2805
Date Icon 21/12/2012

F’din il-leġislatura s-sodod għall-anzjani fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern u għall-anzjani fi djar privati mħallsa mill-Gvern żdiedu b’900.  Dan wassal biex il-Gvern ikun jista’ jipprovdi aktar postijiet lill-anzjani li jagħżlu li jmorru jgħixu f’dar tal-anzjani.  Dan hu servizz li jipprovdi serħan tal-moħħ għall-anzjani u l-qraba tagħhom.

F’Ottubru li għadda beda proċess fejn anzjani li kienu joqogħdu fid-Dar tal-Anzjani tal-Gżira jkunu jistgħu jmorru jgħixu f’Dar oħra.  Din kienet waħda mill-ewwel djar li nfetħet għall-anzjani f’Malta aktar minn 20 sena ilu u s-Segretarjat għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità deherlu li din id-dar m’għadhiex tajba biex toffri servizz ta’ kwalità għolja kif jixraq fi żminijiet fejn saru avvanzi kbar matul dawn is-snin fejn jidħlu s-servizzi u l-kura għall-anzjani. 

Għalhekk l-anzjani li kienu fid-Dar tal-Anzjani tal-Gżira bdew jingħataw is-servizzi residenzjali fi djar oħra.  Fid-Dar tal-Anzjani tal-Gżira se jsir programm estensiv ta’ refurbishment.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow