PROGRAMM ESTENSIV TA’ TISBIĦ FID-DAR TAL-ANZJANI TAL-GŻIRA
F’din il-leġislatura s-sodod għall-anzjani fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern u għall-anzjani fi djar privati mħallsa mill-Gvern żdiedu b’900. Dan wassal biex il-Gvern ikun jista’ jipprovdi aktar postijiet lill-anzjani li jagħżlu li jmorru jgħixu f’dar tal-anzjani. Dan hu servizz li jipprovdi serħan tal-moħħ għall-anzjani u l-qraba tagħhom.
F’Ottubru li għadda beda proċess fejn anzjani li kienu joqogħdu fid-Dar tal-Anzjani tal-Gżira jkunu jistgħu jmorru jgħixu f’Dar oħra. Din kienet waħda mill-ewwel djar li nfetħet għall-anzjani f’Malta aktar minn 20 sena ilu u s-Segretarjat għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità deherlu li din id-dar m’għadhiex tajba biex toffri servizz ta’ kwalità għolja kif jixraq fi żminijiet fejn saru avvanzi kbar matul dawn is-snin fejn jidħlu s-servizzi u l-kura għall-anzjani.
Għalhekk l-anzjani li kienu fid-Dar tal-Anzjani tal-Gżira bdew jingħataw is-servizzi residenzjali fi djar oħra. Fid-Dar tal-Anzjani tal-Gżira se jsir programm estensiv ta’ refurbishment.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en