Left arrow Go Back

SENA REKORD FL-INDUSTRIJA TAL-CRUISE LINERS

pr2802
Date Icon 21/12/2012

L-ammont ta’ passiġġieri bejn Jannar-Novembru 2012 diġà qabeż l-ammont totali ta’ passiġġieri fl-2011 li kienet sena rekord

In-numru ta’ passiġġiera bil-cruise liners li ġew Malta bejn Jannar u Novembru 2012 jikkonfermaw li din is-sena hija sena rekord f’dan is-settur. Fil-fatt bejn Jannar u Novembru 2012 diġà ġew Malta 590,630 passiġġiera bil-cruise liners li huwa l-ogħla numru ta’ passiġġieri li qatt ġew Malta f’sena sħiħa minn kemm ilhom jiġu cruise liners lejn pajjiżna. Din hija żieda ta’ 34,000 fuq it-total ta’ passiġġieri li ġew Malta bejn Jannar u Diċembru 2011, liema sena kienet sena rekord meta ġew 556,564 passiġġieri. Dan joħroġ mir-riżultat imħabbra mill-NSO illum għax-xahar ta’ Novembru.

Hu stmat li kull passiġġier ta’ cruise liner jonfoq minn tal-anqas €60 f’pajjiż li jfisser li s’issa l-passiġġieri tal-cruise liners ħallew madwar €35 miljun fl-ekonomija ta’ pajjiżna.  Din in-nefqa jgawdu minnha diversi ħwienet, mużewijiet, ristoranti, cafeterias u stabbilimenti oħra li jżuru l-passiġġieri waqt iż-żjara tagħhom f’Malta. Dan filwaqt li xi wħud mill-passiġġieri jirritornaw bħala repeat visitors u għalhekk din l-industrija tikkontribwixxi wkoll lejn it-tisħiħ tas-settur turistiku ta’ pajjiżna.

Ir-riżultati ippubblikati llum mill-NSO huma frott tal-kooperazzjoni li twettqu fl-aħħar snin bejn diversi stakeholders.

Fl-aħħar snin sar investiment għal titjib infrastrutturali marbut mal-industrija tal-cruise liners. Fl-aħħar jiem beda wkoll is-servizz tal-ferry mill-Cottonera sax-Xatt ta’ Lascaris biex imbagħad wieħed jkun jista’ jitla’ saċ-ċentru tal-Belt bil-Lift tal-Barrakka. Dan għalhekk jgħin ukoll l-aċċessibilità għall-passiġġiera tal-cruise liners lejn il-Belt Valletta u lejn it-tlett ibliet.

 Il-Gvern huwa impenjat li jwettaq politika għaqlija li ssaħħaħ din l-industrija. Il-Politika tat-Turiżmu (2012-2016) toffri d-direzzjoni għat-tisħiħ tas-settur tal-cruise liners biex fis-snin li ġejjin, b’kooperazzjoni mal-istakeholders tibqa’ titwettaq politika li ssaħħaħ is-settur turistiku, l-ekonomija u l-ħolqien tax-xogħol f’pajjiżna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow