Left arrow Mur Lura

ĠIEĦ LIS-SUR FRANS SPITERI

pr2800
Date Icon 21/12/2012

Is-Sur Frans Spiteri għandu 63 sena u hu xempju tal-anzjanità attiva. Spiteri jieħu sehem  fl-isports tal-power lifting u ħa sehem f’diversi kompetizzjonijiet f’Malta u barra fejn kiseb riżultati tajbin.  Ħa sehem f’10 kompetizzjonijiet f’dawn l-aħħar sentejn. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità l-Onorevoli Mario Galea waqt żjara li għamel lis-Sur Spiteri.

F’Mejju 2012, Frans ħa sehem fil-kompetizzjoni tal-power lifting tal-World Drug Free Power Lifting Federation. Ġie l-ewwel fl-Ewropa fil-Master 5. Refa’ 155 kilo fl-isquad fejn kiseb ir-rekord tal-Ewropa u refa’ wkoll 75 kilo bench press u 190 kilo dead lift. B’kollox refa’ total ta’ 420 kilo.

F’Ottubru 2012, Spiteri ħa sehem f’kompetizzjoni f’Boston tal-World Drug Free Power Lifting Federation u ġie l-ewwel fil-klassi tiegħu u ħa l-midalja tad-deheb.

Dan ix-xahar stess Frans ħa sehem f’kompetizzjoni f’Malta tal-World Drug Free Power Lifting Federation fejn kiser ir-rekord tiegħu Ewropew  fejn refa’ 157.5 kilo fl-isquad, 77.5 kilo bench press u 190 kilo dead lift. Total ta’ 425 kilo.

Mario Galea feraħ lil Frans Spiteri għas-suċċessi li qed jikseb, ħeġġu biex ikompli u ddesrivieh bħala eżempju għall-anzjani kollha u għall-kumplament tas-soċjetà.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow