Left arrow Mur Lura

ERBA AMBULANZI ĠODDA GĦALL-ISPTAR MATER DEI

pr2799
Date Icon 21/12/2012

Aktar kumdita għall-pazjent u l-professjonist

Hekk kif kien tħabbar aktar kmieni din is-sena, illum fl-iSptar Mater Dei ġew imwassla l-ewwel 4 ambulanzi ġodda minn total ta 11-il ambulanza.   It-tender relatat kien ġie ppublikat is-sena li għaddiet u ġie aġġudikat f’Awwissu ta din is-sena.

Il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Joe Cassar qal li dan huwa investiment ta €2.5 miljun (inkluż il-VAT) li jinkudi wkoll ftehim dwar manutenzjoni għall ħames snin.   Hu qal li sa Frar tas-sena d-dieħla l-isptar se jollu 4 ambulanzi oħra, filwaqt li f’Jannar tas-sena ta wara se jkunu mwassla l-aħħar tlett ambulanzi.

Dr Cassar qal li l-proċess għax-xiri ta ambulanzi huwa aktar kumplikat minn xiri ta vetturi oħra minħabba li l-isptar talab diversi aċċessorji partikolari biex il-pazjent, il-paramediċi u x-xufiera ikunu jistgħu jaħdmu b’aktar kumdita għall-ġid tal-pazjent.  Għal dan il-għan, tim mill-isptar Mater Dei, li kien jikkonsisti minn Consultant Physician, Nurse, Biomedical Tehnician, u Xufier tal-ambulanzi, marru għand il-Fiat biex jispezzjonaw il-vetturi u jitolbu il-modifiki mixtieqa.

L-Ambulanzi, tat-tip Intensive Care Fiat Ducato 250.AXC.1. huma mibnija skont  l-għola standards u huma pjuttost spazjuzi.  Il-kabina  fejn ikun hemm il-pazjent hi disinjata b’mod li takkomoda pazjent fuq stretcher, pazjent fuq wheelchair u żewġ paramediċi.   Fuq quddiem jistgħu joqgħodu ix-xufier u 2 persuni.

Issa se jibda perijodu qasir ta taħriġ sabiex il-professjonisti li se jużaw l-ambulanzi jidraw is-sistemi u l-gadgets differenti li hemm fl-ambulanzi l-ġodda. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow