Left arrow Mur Lura

AKTAR KUNSILLI LOKALI JINGĦATAW ART PUBBLIKA SABIEX TITGAWDA MILL-ĠENERAZZJONI FUTURA

pr2798
Date Icon 21/12/2012

Tingħata art pubblika sabiex tiġi żviluppata fi skatepark kif ukoll se ssir estensjoni tal-Librerija Pubblika fil-Fgura

F’Ċerimonja qasira li saret kmieni wara nofsinhar, il-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur Jason Azzopardi għadda f’isem il-Gvern, b’devoluzzjoni 2 siti fil-Fgura lill-Kunsill Lokali tal-Fgura.

Is-siti jinvolvu ,wieħed magenb Bieb Polverista fi Triq .A.M.Valperga li fih 460 metru kwadru, sabiex dan jintuża bħala skatepark. Il-kera se tkun qed tingħata għal perjodu ta’ 15 –il sena bil-ħlas ta’ € 75 fis-sena . Il-Gvern se jkun qed jgħaddi wkoll struttura kif ukoll sit biswit taghħa, fi Triq il-Karmnu sabiex tiġi estiża l-librerija pubblika diġa eżistenti.  Il-kera se tkun għal perjodu ta’ 15-il sena bil-ħlas ta’ € 250 fis-sena.

Il-Ministru Azzopardi qal li dawn il-proġetti se jfissru nvestiment għall-ġenerazzjoni futura, li permezz tagħhom it-tfal u ż- żgħażagħ se jitgħallmu u se jaqsmu flimkien l-esperjenzi  tagħhom fil-passatempi tal-qari u l-iskateboarding. Huwa qal li l-Gvern irid ikompli jippromwovi l-għaqda tal-kommunita fl-irħula u l-bliet.

Permezz tas-sit li fih se jinħoloq skatepark, il-Ministru Azzopardi qal li l-Kunsill Lokali  tal-Fgura se jkun qed johloq post fejn it-tfal u ż-żgħażagħ Fgurin se jkunu jistgħu jiltaqgħu f’ambjent sigur u ċentrali, li fih jissoċjalizzaw u jieħdu gost flimkien filwaqt li fl-istess ħin jipprattikaw l-passatemp favorit tagħhom.

Azzopardi qal illi huwa fl-interess tal-Gvern li jkompli jippromwovi l-edukazzjoni permezz tal-qari li huwa essenzjali għal kulhadd u li jgħin sabiex wieħed ikompli jiżviluppa l-edukazzjoni tiegħu. Permezz tal-estensjoni tal-librerija, qal Azzopardi, iċ-ċittadini mhux biss Fgurin se jkollom l-opportunita li jgawdu minn librerija akbar u aktar spazjuza kif ukoll aktar għażla vasta ta’ kotba. Qal li huwa ta’ sodisfazzjon għalih, li jara l-ġenerazzjoni żgħażugħa titrawwem fl-edukazzjoni permezz tal-kotba li ssib fil-libreriji lokali. "Dan huwa mod iehor ta’ kif tissaħħaħ u tikber l-edukazzjoni fost ic-cittadini Maltin u Għawdxin".

Dr  Byron Camilleri, Sindku tal-Fgura, filwaqt li wera apprezzament għall-interess u l-involviment dirett  li wera il-Ministru Azzopardi f’dawn id-devoluzjonijiet qal li kien hemm zmien fejn il-librerija kienet l-ewwel wahda f’dak li huwa self ta’ kotba, fil-prezent tinsab fil-hames post.  Bid-devoluzjoni li saret illum il-librerija ser tirdoppja bħala kobor. Il-permessi tal-Mepa lesti, issa jmiss li joħorgu it-tenders tax-xogħoljiet. B’referenza għal l-iskatepark is-Sindku qal li hu ressaq it-talba għad-devoluzjoni ta’ l-art, madwar seba’  xhur ilu. Permezz ta din l-istruttura, il-Kunsill Lokali se jkun qed joħloq post fejn it-tfal u z-zgħazagħ Fgurin ikunu jistgħu jiltaqgħu f’ambjent fejn jistgħu jissoċjalizzaw u jieħdu gost flimkien f’ambjent fejn jipprattikaw l-passatemp favorit tagħhom f’ambjent sigur u ċentrali.

Il-Ministru Azzopardi saħaq illi fl-aħħar 4 snin, il-Gvern għadda art pubblika lil diversi Kunsilli Lokali kif ukoll lill-għaqdiet u organizazzjonijiet sabiex dawn jizviluppawhom fl-aħjar mod. Qal li dawn tal-llum, huma tnejn minn fost bosta devoluzzjonijiet li l-Gvern qed jgħaddi lil diversi Kunsilli lokali għaliex propju l-Gvern jemmen fis-sħiħ fil-potenzjal u fix-xogħol siewi li jwettqu l-Kunsilli Lokali. Saħaq illi l-Gvern jinsab f’kuntatt regolari ma’ diversi Kunsilli Lokali bl-għan li dawn jikkoperaw flimkien  sabiex il-Kunsill jkunu jistgħu joperaw u jaħdmu b’mod trasparenti għall-ġid taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.

Il-Ministru Azzopardi  qal li din kienet sena rekord relatata ma’ devoluzjonijiet.Il-Parlament approva it-trasferiment ta’ 30 propjeta’ f’Malta u Ghawdex lil diversi NGOs, kazini, għaqdiet u assoċazjonijiet Saru ukoll  20 devoluzjoni  lil Kunsilli Lokali f’Malta u Ghawdex.Dan kollu juri turija ta’ fiduċja fil-voljontarjat u jgħinu biex jagħtu bidla għall-ħajja aħjar  fil-komunita’.

Fl-aħħar nett, il-Ministru Azzopardi sostna li huwa fl-interess tas-soċjeta illi l-Gvern preżenti jinsisti, sabiex iktar artijiet jiġu allokati għall-użu pubbliku. Qal ukoll illi l-Gvern se jkompli jimpenja ruħu li jalloka iżjed spazji pubbliċi biex b’hekk igawdu minnhom ċ-ċittadini kollha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow