AKTAR KUNSILLI LOKALI JINGĦATAW ART PUBBLIKA SABIEX TITGAWDA MILL-ĠENERAZZJONI FUTURA
Tingħata art pubblika sabiex tiġi żviluppata fi skatepark kif ukoll se ssir estensjoni tal-Librerija Pubblika fil-Fgura
F’Ċerimonja qasira li saret kmieni wara nofsinhar, il-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur Jason Azzopardi għadda f’isem il-Gvern, b’devoluzzjoni 2 siti fil-Fgura lill-Kunsill Lokali tal-Fgura.
Is-siti jinvolvu ,wieħed magenb Bieb Polverista fi Triq .A.M.Valperga li fih 460 metru kwadru, sabiex dan jintuża bħala skatepark. Il-kera se tkun qed tingħata għal perjodu ta’ 15 –il sena bil-ħlas ta’ € 75 fis-sena . Il-Gvern se jkun qed jgħaddi wkoll struttura kif ukoll sit biswit taghħa, fi Triq il-Karmnu sabiex tiġi estiża l-librerija pubblika diġa eżistenti. Il-kera se tkun għal perjodu ta’ 15-il sena bil-ħlas ta’ € 250 fis-sena.
Il-Ministru Azzopardi qal li dawn il-proġetti se jfissru nvestiment għall-ġenerazzjoni futura, li permezz tagħhom it-tfal u ż- żgħażagħ se jitgħallmu u se jaqsmu flimkien l-esperjenzi tagħhom fil-passatempi tal-qari u l-iskateboarding. Huwa qal li l-Gvern irid ikompli jippromwovi l-għaqda tal-kommunita fl-irħula u l-bliet.
Permezz tas-sit li fih se jinħoloq skatepark, il-Ministru Azzopardi qal li l-Kunsill Lokali tal-Fgura se jkun qed johloq post fejn it-tfal u ż-żgħażagħ Fgurin se jkunu jistgħu jiltaqgħu f’ambjent sigur u ċentrali, li fih jissoċjalizzaw u jieħdu gost flimkien filwaqt li fl-istess ħin jipprattikaw l-passatemp favorit tagħhom.
Azzopardi qal illi huwa fl-interess tal-Gvern li jkompli jippromwovi l-edukazzjoni permezz tal-qari li huwa essenzjali għal kulhadd u li jgħin sabiex wieħed ikompli jiżviluppa l-edukazzjoni tiegħu. Permezz tal-estensjoni tal-librerija, qal Azzopardi, iċ-ċittadini mhux biss Fgurin se jkollom l-opportunita li jgawdu minn librerija akbar u aktar spazjuza kif ukoll aktar għażla vasta ta’ kotba. Qal li huwa ta’ sodisfazzjon għalih, li jara l-ġenerazzjoni żgħażugħa titrawwem fl-edukazzjoni permezz tal-kotba li ssib fil-libreriji lokali. "Dan huwa mod iehor ta’ kif tissaħħaħ u tikber l-edukazzjoni fost ic-cittadini Maltin u Għawdxin".
Dr Byron Camilleri, Sindku tal-Fgura, filwaqt li wera apprezzament għall-interess u l-involviment dirett li wera il-Ministru Azzopardi f’dawn id-devoluzjonijiet qal li kien hemm zmien fejn il-librerija kienet l-ewwel wahda f’dak li huwa self ta’ kotba, fil-prezent tinsab fil-hames post. Bid-devoluzjoni li saret illum il-librerija ser tirdoppja bħala kobor. Il-permessi tal-Mepa lesti, issa jmiss li joħorgu it-tenders tax-xogħoljiet. B’referenza għal l-iskatepark is-Sindku qal li hu ressaq it-talba għad-devoluzjoni ta’ l-art, madwar seba’ xhur ilu. Permezz ta din l-istruttura, il-Kunsill Lokali se jkun qed joħloq post fejn it-tfal u z-zgħazagħ Fgurin ikunu jistgħu jiltaqgħu f’ambjent fejn jistgħu jissoċjalizzaw u jieħdu gost flimkien f’ambjent fejn jipprattikaw l-passatemp favorit tagħhom f’ambjent sigur u ċentrali.
Il-Ministru Azzopardi saħaq illi fl-aħħar 4 snin, il-Gvern għadda art pubblika lil diversi Kunsilli Lokali kif ukoll lill-għaqdiet u organizazzjonijiet sabiex dawn jizviluppawhom fl-aħjar mod. Qal li dawn tal-llum, huma tnejn minn fost bosta devoluzzjonijiet li l-Gvern qed jgħaddi lil diversi Kunsilli lokali għaliex propju l-Gvern jemmen fis-sħiħ fil-potenzjal u fix-xogħol siewi li jwettqu l-Kunsilli Lokali. Saħaq illi l-Gvern jinsab f’kuntatt regolari ma’ diversi Kunsilli Lokali bl-għan li dawn jikkoperaw flimkien sabiex il-Kunsill jkunu jistgħu joperaw u jaħdmu b’mod trasparenti għall-ġid taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.
Il-Ministru Azzopardi qal li din kienet sena rekord relatata ma’ devoluzjonijiet.Il-Parlament approva it-trasferiment ta’ 30 propjeta’ f’Malta u Ghawdex lil diversi NGOs, kazini, għaqdiet u assoċazjonijiet Saru ukoll 20 devoluzjoni lil Kunsilli Lokali f’Malta u Ghawdex.Dan kollu juri turija ta’ fiduċja fil-voljontarjat u jgħinu biex jagħtu bidla għall-ħajja aħjar fil-komunita’.
Fl-aħħar nett, il-Ministru Azzopardi sostna li huwa fl-interess tas-soċjeta illi l-Gvern preżenti jinsisti, sabiex iktar artijiet jiġu allokati għall-użu pubbliku. Qal ukoll illi l-Gvern se jkompli jimpenja ruħu li jalloka iżjed spazji pubbliċi biex b’hekk igawdu minnhom ċ-ċittadini kollha.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en