Left arrow Go Back

AKTAR BDIEWA SE JIBBENEFIKAW MINN SKEMI TA’ FEJDA LI SE JKOMPLU JGĦINUHOM JIKBRU U JISSAĦĦU

pr2795
Date Icon 20/12/2012

Illum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino, il-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur Jason Azzopardi, u l-Assistent Parlamentari Philip Mifsud, ħabbru żewġ skemi ġodda għal benefiċċju tal-bdiewa u biex aktar żgħażagħ ikunu nċentivati jibqgħu f’dan is-settur.

Il-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur Jason Azzopardi, spjega li mill-4 ta’ Jannar li ġej, il-bdiewa se jkunu jistgħu jibbenefikaw primarjament minn żewġ skemi.

• L-ewwel skema tinvolvi l-bdiewa professjonali li sal-lum m’humiex rikonoxxuti mid-Dipartiment tal-Propjeta tal-Gvern iżda jaħdmu biċċa art minflok individwi reġistrati mal-istess Dipartiment. Mill-4 ta’ Jannar, dawn il-bdiewa li għandhom oqsma tal-Gvern u jikkwalifikaw l-kriterji neċċesarji, se jibdew jiġu rikonoxxuti.

• It-tieni skema tinvolvi t-trasferiment ta’ art lill-bdiewa kklassifikati bħala bdiewa professjonali, minn individwi rikonoxxuti mid-Dipartiment tal-Propjetà tal-Gvern li minn naħa tagħhom ma jkunux jistgħu jkomplu jikkulvitaw l-art in kwistjoni.

Il-Ministru Azzopardi spjega li hemm bdiewa li jkunu jixtiequ jidħlu f’arranġamenti ma’ bdiewa oħra li jkollhom ir-raba tagħhom fil-madwar, sabiex dawn minn naħa tagħhom jkunu jistgħu jibdew jaħdmu l-art huma minflokhom. Permezz ta’ din l-iskema, wieħed se jkun jista’ jagħmel dan it-trasferiment tal-art tiegħu lill-bidwi oħra mingħajr l-bżonn li toħroġ xi sejħa għall-offerti, sakemm il-bdiewa in kwistjoni ikunu waslu fi qbil li jsir dan it-trasferiment. Il-Ministru Azzopardi spjega wkoll dwar ir-reviżjoni li saret dwar it-trasferinent ta’ art agrikola li tirritorna fil-pussess tad-Dipartiment tal-Artijiet. Huwa spjega kif f’ċertu sitwazzjonijiet, ikun hemm art agrikola li tirritorna għand id-Dipartiment tal-Propjetà tal-Gvern minn bdiewa jew membri tal-familji tagħhom li ma jkunux jixtiequ jkomplu jaħdmu l-art. Għal dan il-għan, il-Gvern qed ibiddel il-proċedura preżenti sabiex meta tinħoloq sitwazzjoni bħal din, fis-sejħa għall-offerti għandha tibda tingħata preferenza lill-bdiewa professjonisti li għandhom anqas minn 40 sena.

Il-Ministru Azzopardi qal li din hija bidla radikali oħra li l-Gvern qed jagħmel favur il-bdiewa, sabiex jissalvagwardja l-interessi tagħhom. Huwa qal li l-Gvern jemmen fis-sħiħ fil-potenzjal li jħaddnu l-bdiewa u permezz ta’ dawn l-iskemi ta’ fejda se jkompli jgħin lill-bdiewa kollha full time, sabiex issaħħu u jkabbru x-xogħol tagħhom li tant għandhom dedikazzjoni għalih. Huwa stqarr li mhux eskluż, li ’l quddiem il-Gvern jikkonsidra li jestendi wkoll dawn l-iskemi għall-bdiewa li jaħdmu fuq bażi part time.

L-Onor Philip Mifsud qal li dawn l-iskemi mħabbra dalgħodu jistgħu jidħlu fis-seħħ wara li fil-ġranet li għaddew ġiet approvata mozzjoni fil-Parlament biex ghall-ewwel darba, f’każ ta’ qbiela tal-Gvern biss u f’każ ta’ bdiewa full time, sija wara mewtu jekk il-gabilott imut bla tfal, u sija f’ħajtu (jekk irid), l-qbiela tkun tista’ tghaddi għand ħutu jew in-neputijiet li huma wkoll bdiewa full time. Dan wassal biex illum taħt din il-liġi jibdew jiġu introdotti skemi ġodda għal ġid tal-bdiewa.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino, qal  li dawn il-miżuri qed isiru għax il-Gvern hu impenjat sabiex ikompli jagħti s-sapport meħtieġ lil dan is-settur u b’hekk jinkoraġixxi lil dan is-settur ikompli jaħdem b’mod sostenibbli.  Il-Gvern hu konxju li fil-kompetizzjoni li teżisti, sabiex ikunu kompettitivi, il-bdiewa jridu jkabbru l-oqsma tagħhom billi jkollhom aktar art agrikola x’jaħdmu.

Il-Gvern huwa mpenjat ukoll li jgħin lil bdiewa żgħażagħ biex ikomplu jew jidħlu f’dan is-settur. Dan qed issir kemm bi strumenti finanzjarji kif ukoll permezz ta’ din il-bidla mħabbra llum, fuq kif tiġi trasferita l-art agrikola li hi propjeta tal-Gvern.

Il-Ministru Pullicino qal ukoll li l-investiment li sar fl-aħħar snin fis-settur agrikolu, jitkellem waħdu. Dan seta jsir ukoll permezz tal-investiment ta’ €100 miljun mill-programm tal-iżvillupp rurali b’fondi tal-Unjoni Ewropea.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow