ATTIVITAJIET GĦAL KULĦADD FI ŻMIEN IL-FESTI F’GĦAWDEX
Kunċerti, musicals, purċissjonijiet, plays u mawriet kulturali f’diversi lokalitajiet f’Għawdex qed iżewqu l-programm kulturali għal matul dawn iż-żminijiet ta’ festi u li qed joffru okkażjoni oħra għall-Maltin biex iżuru l-attrazzjonijiet uniċi li toffri l-gżira ta’ Għawdex f’dan iż-żmien tas-sena. Dawn l-attivitajiet qed jiġu organizzati mill-Uffiċċju tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, għadd ta’ Kunsilli Lokali kif ukoll Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi Għawdxin.
Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono inawgurat il-Wirja Annwali tal-Presepji fis-Sala tal-Wirjiet tal-Ministeru għal Għawdex, li tiġi organizzata kull sena mill-Għaqda Ħbieb tal-Presepju. Fil-wirja ta’ din is-sena qed jiġu esebiti madwar 70 presepju li ġew maħduma b’diversi materjali fosthom bil-kartapesta, ġebel, ħobż, ħġieġ, fliexken, tappijiet tas-sufra, kartun u lapsijiet. Qed tiġi esebita wkoll kollezzjoni ta’ grotti żgħar, bambini tax-xemgħa kif ukoll kollezzjoni ta’ kartolini tal-Milied, uħud minnhom antiki. Din il-wirja ser tkun miftuħa kuljum sal-1 ta’ Jannar 2013, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.30 a.m. u l-4.30 p.m., is-Sibtijiet u l-Ħdud bejn id-9a.m. u nofsinhar, u fil-Milied u l-Ewwel tas-Sena mid-9 a.m. sa nofsinhar u mill-4 p.m. sas-7 p.m.
Il-programm kulturali għal jiem li ġejjin jissokta kif ġej:
Il-Ġimgħa 21 ta’ Diċembru 2012
Kunċert tal-Milied mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, organizzat bil-kollaborazzjoni tal-Kapitlu tal-Katidral ta’ Għawdex.
Post: Katidral ta’ Għawdex
Ħin: 7.30 p.m.
Is-Sibt 22 ta’ Diċembru 2012
Stagħnew Meta Qassmu Ġidhom – musical bil-Malti marbut mal-ispirtu tal-Milied.
Post: Teatru MBC, Nadur
Ħin: 7.30 p.m.
Il-Ħadd 23 ta’ Diċembru 2012
Cordia Quartet in Concert – kunċert tal-Milied
Post: Fiċ-Ċentru tal-Irtir Manresa, Victoria
Ħin: 7.30 p.m.
Il-Ħadd 23 ta’ Diċembru 2012
Purċissjoni bil-Bambin - purċissjoni tradizzjonali organizzata mill-MUSEUM taż-Żebbuġ bil-parteċipazzjoni tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija.
Post: Pjazza u toroq ewlenin taż-Żebbuġ
Ħin: 4 p.m.
Il-Ħadd 23 ta’ Diċembru 2012
Venite in Betlehem – mużika popolari klassika tal-Milied interpretata minn trio akkumpanjati minn sopran.
Post: Knisja Parrokkjali Santa Margerita, Sannat
Ħin: 6.30 p.m.
Il-Ħadd 23 ta’ Diċembru 2012
Kunċert tal-Milied mill-Animae Gospel Choir.
Post: Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb, Taċ-Ċawla.
Ħin: 7.30 p.m.
Il-Ħadd 23 u t-Tnejn 24 ta’ Diċembru 2012
Twieled fi Djarna - It-43 edizzjoni tal-paġent annwali tal-Milied f’San Lawrenz.
Post: Il-pjazza u t-toroq ewlenin ta’ San Lawrenz.
Ħin: Il-Ħadd fis-6.30 p.m. / It-Tnejn fis-7.30 p.m.
Mit-Tnejn 24 ta’ Diċembru sal-1 ta’ Jannar 2013
Presepju Ħaj
Post: Triq Ġnien Xibla quddiem il-Knisja tan-Nazzarenu fix-Xagħra
It-Tnejn 24 ta’ Diċembru 2012
Purċissjoni bil-Bambin - purċissjoni tradizzjonali organizzata mill-MUSEUM tan-Nadur bil-parteċipazzjoni tal-Banda Mnarja.
Post: Pjazza u toroq ewlenin tan-Nadur
Ħin: 7 p.m.
It-Tnejn 24 ta’ Diċembru 2012
Christmas Eve Celebration – kunċert ta’ innijiet tal-Milied segwit mill-quddiesa ta’ nofsillejl.
Post: Bażilika ta’ Marija Bambina fix-Xagħra
Ħin: 11 p.m.
It-Tlieta 25 ta’ Diċembru 2012
Christmas Concert – organizzat mill-MUSEUM tan-Nadur bil-parteċipazzjoni ta’ kantanti stabbiliti bid-direzzjoni ta’ Mro Antoine Thewma.
Post: Bażilika ta’ San Pietru u San Pawl, Nadur
Ħin: 7 p.m.
L-Erbgħa 26 ta’ Diċembru 2012
L-Istrina from Gozo – trażmissjoni live u attivitajiet b’risq l-Istrina.
Post: Teatru Aurora, Victoria
L-Erbgħa 26 ta’ Diċembru 2012
Purċissjoni bil-Bambin – purċissjoni tradizzjonali organizzata mill-MUSEUM tal-Għarb bil-parteċipazzjoni tal-Għaqda Mużikali Viżitazzjoni.
Post: Pjazza u toroq ewlenin fl-Għarb
Ħin: 4 p.m.
Il-Ġimgħa 28 ta’ Diċembru 2012
Grand Christmas Concert - kunċert tal-Milied bil-parteċipazzjoni tal-Voci Angeliche Choir taħt id-direzzjoni ta’ Mrs Grace Vella akkumpanjata minn orkestra bid-direzzjoni ta’ Mro Dr John Galea.
Post: Bażilika ta’ Marija Bambina fix-Xagħra
Ħin: 7 p.m.
Il-Ġimgħa 28 ta’ Diċembru 2012
Christmas Joys – kunċert mużikali bil-parteċipazzjoni tas-Sopran Claudia Tabone, l-arpista Jacob Portelli, organista Robert Louis Grech u l-koordinatur letterarju Dr Alfred Grech.
Post: Knisja Parrokkjali San Lawrenz
Ħin: 8 p.m.
Is-Sibt 29 ta’ Diċembru 2012
Xagħra Cribs by Night – mawra kulturali organizzata mill-Għaqda il-Milied fix-Xagħra.
Post: Ix-Xagħra
Is-Sibt 29 ta’ Diċembru 2012
Déjà vu Christmas Show – show tal-Milied mill-personalitajiet popolari ta’ Déjà vu.
Post: Knisja Parrokkjali tal-Għarb
Ħin: 7.30 p.m.
Il-Ħadd 30 ta’ Diċembru 2012
Concert of Celtic Music – kunċert ta’ mużika tradizzjonali u rilassanti minn Celarda mill-Ġermanja
Post: Banca Giuratale, Victoria
Ħin: 11 a.m.
Il-Ħadd 30 ta’ Diċembru 2012
Stagħnew meta Qassmu Ġidhom – play mużikali tal-Milied organizzata mill-MUSEUM tan-Nadur.
Post: Oratorju Don Bosco, Victoria
Ħin: 7.30 p.m.
Il-Ħadd 30 ta’ Diċembru 2012
Dreams of Vienna – kunċert tal-Milied mill-Għaqda Mużikali Viżitazzjoni tal-Għarb
Post: Lukanda Kempinski, San Lawrenz
Ħin: 8 p.m.
It-Tnejn 31 ta’ Diċembru 2012
New Year’s Eve in the City – attivitajiet diversi fil-pjazez ewlenin ta’ Victoria, żona għat-tfal u attrazzjonijiet oħra. Il-Winter Moods ser ikunu l-attrazzjoni ewlenija ta’ din is-sena.
Post: Pjazza Indipendenza u Pjazza San Ġorġ, Victoria
Ħin: 10 p.m.
It-Tlieta 1 ta’ Jannar 2013
A New Year Toast – kunċert mill-Gaulitanus Choir taħt id-direzzjoni ta’ Colin Attard.
Post: Sala tal-Wirjiet, Ministeru għal Għawdex
Ħin: 7.30 p.m.
Għal aktar informazzjoni tista’ żżur il-websajt www.gozoculture.com jew ċempel fuq 22156700.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en