Left arrow Go Back

ATTIVITAJIET GĦAL KULĦADD FI ŻMIEN IL-FESTI F’GĦAWDEX

pr2790
Date Icon 20/12/2012

Kunċerti, musicals, purċissjonijiet, plays u mawriet kulturali f’diversi lokalitajiet f’Għawdex qed iżewqu l-programm kulturali għal matul dawn iż-żminijiet ta’ festi u li qed joffru okkażjoni oħra għall-Maltin biex iżuru l-attrazzjonijiet uniċi li toffri l-gżira ta’ Għawdex f’dan iż-żmien tas-sena. Dawn l-attivitajiet qed jiġu organizzati mill-Uffiċċju tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, għadd ta’ Kunsilli Lokali kif ukoll Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi Għawdxin.

Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono inawgurat il-Wirja Annwali tal-Presepji fis-Sala tal-Wirjiet tal-Ministeru għal Għawdex, li tiġi organizzata kull sena mill-Għaqda Ħbieb tal-Presepju. Fil-wirja ta’ din is-sena qed jiġu esebiti madwar 70 presepju li ġew maħduma b’diversi materjali fosthom bil-kartapesta, ġebel, ħobż, ħġieġ, fliexken, tappijiet tas-sufra, kartun u lapsijiet. Qed tiġi esebita wkoll kollezzjoni ta’ grotti żgħar, bambini tax-xemgħa kif ukoll kollezzjoni ta’ kartolini tal-Milied, uħud minnhom antiki. Din il-wirja ser tkun miftuħa kuljum sal-1 ta’ Jannar 2013, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.30 a.m. u l-4.30 p.m., is-Sibtijiet u l-Ħdud bejn id-9a.m. u nofsinhar, u fil-Milied u l-Ewwel tas-Sena mid-9 a.m. sa nofsinhar u mill-4 p.m. sas-7 p.m.

Il-programm kulturali għal jiem li ġejjin jissokta kif ġej:

Il-Ġimgħa 21 ta’ Diċembru 2012

Kunċert tal-Milied mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, organizzat bil-kollaborazzjoni tal-Kapitlu tal-Katidral ta’ Għawdex.

Post: Katidral ta’ Għawdex

Ħin: 7.30 p.m.

Is-Sibt 22 ta’ Diċembru 2012

Stagħnew Meta Qassmu Ġidhom – musical  bil-Malti marbut mal-ispirtu tal-Milied.

Post: Teatru MBC, Nadur

Ħin:  7.30 p.m.

Il-Ħadd 23 ta’ Diċembru 2012

Cordia Quartet in Concert – kunċert tal-Milied

Post: Fiċ-Ċentru tal-Irtir Manresa, Victoria

Ħin: 7.30 p.m.

Il-Ħadd 23 ta’ Diċembru 2012

Purċissjoni bil-Bambin - purċissjoni tradizzjonali organizzata mill-MUSEUM taż-Żebbuġ bil-parteċipazzjoni tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija.

Post:  Pjazza u toroq ewlenin taż-Żebbuġ

Ħin:  4 p.m.

Il-Ħadd 23 ta’ Diċembru 2012

Venite in Betlehem – mużika popolari klassika tal-Milied interpretata minn trio akkumpanjati minn sopran.

Post:  Knisja Parrokkjali Santa Margerita, Sannat

Ħin: 6.30 p.m.

Il-Ħadd 23 ta’ Diċembru 2012

Kunċert tal-Milied mill-Animae Gospel Choir.

Post: Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb, Taċ-Ċawla.

Ħin:  7.30 p.m.

Il-Ħadd 23 u t-Tnejn 24 ta’ Diċembru 2012

Twieled fi Djarna - It-43 edizzjoni tal-paġent annwali tal-Milied f’San Lawrenz. 

Post: Il-pjazza u t-toroq ewlenin ta’ San Lawrenz.

Ħin:  Il-Ħadd fis-6.30 p.m. / It-Tnejn fis-7.30 p.m.

Mit-Tnejn 24 ta’ Diċembru sal-1 ta’ Jannar 2013

Presepju Ħaj

Post:  Triq Ġnien Xibla quddiem il-Knisja tan-Nazzarenu fix-Xagħra

It-Tnejn 24 ta’ Diċembru 2012

Purċissjoni bil-Bambin  - purċissjoni tradizzjonali organizzata mill-MUSEUM tan-Nadur bil-parteċipazzjoni tal-Banda Mnarja.

Post: Pjazza u toroq ewlenin tan-Nadur

Ħin:  7 p.m.

It-Tnejn 24 ta’ Diċembru 2012

Christmas Eve Celebration – kunċert ta’ innijiet tal-Milied segwit mill-quddiesa ta’ nofsillejl.

Post: Bażilika ta’ Marija Bambina fix-Xagħra

Ħin: 11 p.m.

It-Tlieta 25 ta’ Diċembru 2012

Christmas Concert – organizzat mill-MUSEUM tan-Nadur bil-parteċipazzjoni ta’ kantanti stabbiliti bid-direzzjoni ta’ Mro Antoine Thewma.

Post: Bażilika ta’ San Pietru u San Pawl, Nadur

Ħin:  7 p.m.

L-Erbgħa 26 ta’ Diċembru 2012

L-Istrina from Gozo – trażmissjoni live u attivitajiet b’risq l-Istrina.

Post:  Teatru Aurora, Victoria

L-Erbgħa 26 ta’ Diċembru 2012

Purċissjoni bil-Bambin – purċissjoni tradizzjonali organizzata mill-MUSEUM tal-Għarb bil-parteċipazzjoni tal-Għaqda Mużikali Viżitazzjoni.

Post:  Pjazza u toroq ewlenin fl-Għarb

Ħin:  4 p.m.

Il-Ġimgħa 28 ta’ Diċembru 2012

Grand Christmas Concert -  kunċert tal-Milied bil-parteċipazzjoni tal-Voci Angeliche Choir taħt id-direzzjoni ta’ Mrs Grace Vella akkumpanjata minn orkestra bid-direzzjoni ta’ Mro Dr John Galea.

Post: Bażilika ta’ Marija Bambina fix-Xagħra

Ħin:  7 p.m.

Il-Ġimgħa 28 ta’ Diċembru 2012

Christmas Joys – kunċert mużikali bil-parteċipazzjoni tas-Sopran Claudia Tabone, l-arpista Jacob Portelli, organista Robert Louis Grech u l-koordinatur letterarju Dr Alfred Grech.

Post:  Knisja Parrokkjali San Lawrenz

Ħin:  8 p.m.

Is-Sibt 29 ta’ Diċembru 2012

Xagħra Cribs by Night – mawra kulturali organizzata mill-Għaqda il-Milied fix-Xagħra.

Post: Ix-Xagħra

Is-Sibt 29 ta’ Diċembru 2012

Déjà vu Christmas Show – show tal-Milied mill-personalitajiet popolari ta’ Déjà vu.

Post:  Knisja Parrokkjali tal-Għarb

Ħin:  7.30 p.m.

Il-Ħadd 30 ta’ Diċembru 2012

Concert of Celtic Music – kunċert ta’ mużika tradizzjonali u rilassanti minn Celarda mill-Ġermanja

Post:  Banca Giuratale, Victoria

Ħin:  11 a.m.

Il-Ħadd 30 ta’ Diċembru 2012

Stagħnew meta Qassmu Ġidhom – play mużikali tal-Milied organizzata mill-MUSEUM tan-Nadur.

Post:  Oratorju Don Bosco, Victoria

Ħin:  7.30 p.m.

Il-Ħadd 30 ta’ Diċembru 2012

Dreams of Vienna – kunċert tal-Milied mill-Għaqda Mużikali Viżitazzjoni tal-Għarb

Post:  Lukanda Kempinski, San Lawrenz

Ħin:  8 p.m.

It-Tnejn 31 ta’ Diċembru 2012

New Year’s Eve in the City – attivitajiet diversi fil-pjazez ewlenin ta’ Victoria, żona għat-tfal u attrazzjonijiet oħra. Il-Winter Moods ser ikunu l-attrazzjoni ewlenija ta’ din is-sena.

Post:  Pjazza Indipendenza u Pjazza San Ġorġ, Victoria

Ħin:  10 p.m.

It-Tlieta 1 ta’ Jannar 2013

A New Year Toast – kunċert mill-Gaulitanus Choir taħt id-direzzjoni ta’ Colin Attard.

Post:  Sala tal-Wirjiet, Ministeru għal Għawdex

Ħin:  7.30 p.m.

Għal aktar informazzjoni tista’ żżur il-websajt www.gozoculture.com jew ċempel fuq 22156700.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow