Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GEORGE PULLICINO WAQT LAQGĦA TAL-KUNSILL EWROPEW DWAR L-AGRIKOLTURA U S-SAJD

pr2785
Date Icon 19/12/2012

Ilbieraħ u llum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino pparteċipa fil-Laqgħa tal-Ministri għall-Agrikultura u s-Sajd.

Il-laqgha tal-bierah li trattat is-settur tas-sajd kienet iffokata l-aktar fuq l-allokazzjoni tal-kwoti għas-sajd. L-unika kwota fil-Mediterran hija dik tat-tonn u ta’ min wieħed jinnota li Malta diġà kisbet iż-żieda mitluba fil qafas tal-ICCAT (International Commission for the Conservation of Atlantic Tunas) għal benefiċċju tas-sajjied artiġjanali Malti.

Intant il-Ministru Pullicino illum kellu l-opportunità li jiddiskuti l-punti ta’ importanza għal Malta waqt diskussjoni dwar ir-Riforma tal-Politika Agrikola Komuni hekk kif ġiet fit-tmiemha l-Preidenza tal-Kunsill taħt Ċipru. Fost dawn enfasizza l-ħtieġa ta’ iżjed diskussjoni dwar kif il-konsumaturi jeħtieġu iżjed informazzoni dwar l-oriġini tal-prodotti tal-biedja, partikolarment fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, u fid-dawl tal-proċess ta’ ftuħ tas-suq Ewropew għal ċertu pajjizi tal-Afrika ta’ Fuq.

Il-Ministru saħaq ukoll dwar l-importanza li l-Istati Membri jkollhom biżżejjed flessibiltà fil-fondi allokati lilhom mill-Unjoni Ewropea biex il-bidwi jkun jista’ iwettaq l-investimenti meħtieġa biex jiggarantixxu lilu dħul xieraq u b’hekk ikun jista’ jżomm l-atttività tiegħu. Il-Ministru tenna li l-irwol importanti tal-attività li jwettqu l-bdiewa u r-raħħala mhux biss għall-produzzjoni agrikola, imma wkoll għaż-żamma tal-ambjent u l-pajsaġġ rurali f’Malta, u għalhekk hemm bżonn ta’ appoġġ adegwat biex jintlaħqu dawn il-miri.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow