IL-KUNĊERT TAL-PRESIDENT GĦAS-SENA L-ĠDIDA 2013
L-Uffiċċju tal-President, b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura flimkien mal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti qed jorganizza l-Kunċert tal-President għas-Sena l-Ġdida li se jsir nhar il-Ħadd 6 ta’ Jannar 2013, fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt Valletta.
Għar-raba’ sena konsekuttiva, il-Kunċert tal-President għas-Sena l-Ġdida qed jittella’ mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali taħt id-Direzzjoni tal-Maestro Michael Laus ġewwa din is-Sala biex b’hekk ikun hemm iktar opportunita’ għan-nies biex jattendu. Il-Kunċert se jkun wieħed b’repertorju mill-isbaħ u li jawgura tajjeb għas-sena l-ġdida. Se jinkludi wkoll ballet mis-Sala tal-Gran Kunsill tal-Palazz Presidenzjali tal-Belt, taħt il-koreografija ta’ Johane Casabene.
Min jixtieq jattendi għal dan il-kunċert jista’ jakkwista l-biljett bi prezz ta’ €5, li l-qliegħ mill-bejgħ imur għall-Malta Community Chest Fund. Il-biljetti jinxtraw mill-Uffiċċju tal-President, fil-Palazz il-Belt u fil-Palazz ta’ Sant’Anton (mid-9.00 sal-4.00pm) mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Il-biljetti jistgħu ukoll jinxtraw miċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi u t-Teatru Manoel, il-Belt Valletta mit-Tnejn sal-Ġimgħa mill-10.00am sas-1.00pm, u mill-5.00pm sas 7.00pm. Fl-24 u fil-31 ta’ Diċembru jkunu magħluqin. Is-Sibt jiftħu mill-10.00am sas-1.00pm. Min imur l-ewwel jinqeda l-ewwel.
Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jċempel fuq in-numri 21231350 jew 21226226.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en