Left arrow Mur Lura

IPPREMJATA L-ĦIDMA TA’ DAWK LI JAĦDMU FIS-SETTUR TURISTIKU GĦAWDXI

pr2782
Date Icon 18/12/2012

‘Nifraħ lil dawk il-ħaddiema kollha li ġew innominati għal dan l-unur u filwaqt li nawguraw lir-rebbieħ nirrikonoxxu wkoll il-validità u l-importanza tas-servizz li jagħtu tant ħaddiema oħra li jaħdmu fis-settur turistiku f’Għawdex’. Dan qalitu l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, waqt l-attività annwali mtellgħa mill-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex (GTA), li fiha ġie mogħti l-Premju Ħaddiem tas-Sena fit-Turiżmu f’Għawdex 2012.

Il-Ministru fissret kif is-servizz mogħti mill-ħaddiema f’dan il-qasam għandu influwenza qawwija fuq il-kwalità tas-servizz mogħti lit-turist li min-naħa tiegħu jistenna servizzi li jagħtuh lura valur għal flusu. B’hekk kull min jaħdem u joffri servizzi lit-turisti qiegħed ukoll jikkontribwixxi fil-programm kontinwu ta’ reklamar li għandu l-għan li jattira aktar turisti lejn pajjiżna.

Il-Ministru għal Għawdex faħħret l-ħidma tal-GTA li hija rikonoxxuta bħala assoċjazzjoni rappreżentattiva ta’ operaturi u ħaddiema fis-settur turistiku f’Għawdex. Fissret ukoll kif il-Ministeru għal Għawdex sostna l-operat ta’ din l-assoċjazzjoni sa mit-twaqqif tagħha u dan irriżulta f’sinerġija li permezz tagħha ż-żewġ entitajiet ħadmu u kkollaboraw flimkien mal-Ministeru għat-Turiżmu, il-Kultura u l-Ambjent, u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu b’risq it-tisħiħ tas-settur turistiku f’Għawdex. Fost l-aħħar żviluppi li seħħew matul dawn l-aħħar xhur il-Ministru semmiet l-inklużjoni ta’ Għawdex bħala destinazzjoni turistika rurali fil-Pjan Nazzjonali dwar it-Turiżmu, il-kontinwazzjoni tal-pubblikazzjoni Let’s Gozo kif ukoll it-tisħiħ tal-webportal tal-GTA www.islandofgozo.org.

Il-Ministru Giovanna Debono semmiet bosta inizjattivi meħuda f’dawn l-aħħar snin li swew ukoll biex isaħħu l-prodott turistiku Għawdxi. Fost dawn hemm xogħlijiet ta’ restawr f’siti storiċi importanti fosthom dak li għaddej bħalissa fuq is-swar taċ-Ċittadella. Semmiet kif proġetti infrastrutturali bħal ma kienu dawk marbuta mal-bini mill-ġdid ta’ 20 kilometru ta’ toroq arterjali qed isebbħu d-dehra ġenerali tal-gżira filwaqt li joffru aktar sigurtà filwaqt li l-Impjant tat-Tisfija tad-Drenaġġ irriżulta f’kosta aktar nadifa madwar il-gżira kollha. Fost bosta proġetti oħra direttament marbuta mas-settur turistiku l-Ministru rreferiet għall-bini ta’ Istitut tal-Istudji Turistiċi f’Għawdex, it-tisħiħ tal-faċilitajiet għas-settur tad-diving li ta riżultati pożittivi u sewa wkoll biex jittaffew ftit mill-isfidi marbuta mal-istaġjonalità, ir-reklamar ta’ Għawdex f’niċeċ turistiċi oħra bħal ma huma l-mixi u t-turiżmu rurali, kif ukoll ir-reklamar u l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet li kellhom l-għan li jsaħħu wkoll lil Għawdex bħala destinazzjoni li tattira turiżmu mis-suq domestiku.  F’din l-aħħar sena Għawdex kellu wkoll riżultati mir-reklamar li sar fil-qasam tal-cruiseliners.

Il-premju Ħaddiem tas-Sena fit-Turiżmu Għawdex 2012 intrebaħ mis-Sur Joseph Tabone li jaħdem bħala Restaurant Manager. Din is-sena ġew innominati seba’ persuni li lkoll jaħdmu fi stabilimenti li joffru servizzi turistiċi differenti fis-settur turistiku Għawdxi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow