Left arrow Mur Lura

JEKK SE TIXROB, ISSUQX

pr2780
Date Icon 18/12/2012

Rappreżentanti tal-Pulizija, Transport Malta, Sedqa, id-Dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili, Touring Club Malta, id-Dipartiment tal-Emerġenza f’Mater Dei  u d-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard illum nedew kampanja ta’ għarfien dwar l-effetti negattivi tax-xorb fuq min ikun ser isuq. 

Il-messaġġ prinċipali hu dak li jekk se ssuq, tixrobx.  Hekk stqarr il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità Joe Cassar waqt li fakkar li ma hemmx kejl ta’ kemm wieħed jiflaħ għax-xorb li jista’ jintuża għal kulħadd.  Hu qal li lkoll kemm aħna nirreaġixxu u nipproċessaw ix-xorb b’mod differenti, u għalekk l-effetti tax-xorb huma differenti fuq nies differenti.

L-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika jirraporta li minn Jannar sa Ġunju tal-2012 kien hemm 7,456 inċident tat-traffiku b’128 persuna jkorru gravi u saħansitra 3 imwiet. Fost dawn kien hemm minnhom li kienu kawża ta’ xorb alkoħoliku. L-imwiet qabel iż-żmien kif ukoll korrimenti gravi jwasslu għal ħafna tbatija u qsim il-qalb kemm għall-vittmi kif ukoll għall-familjari tagħhom.

Il-limitu legali għal-livell ta’ alcoħol massimu fid-demm waqt is-sewqan hawn Malta huwa ta’ 0.08g/dL.

Il-Ministru Cassar qal li ma għandniex nabbużaw mill-fatt li għandna professjonisti li huma imħarrġa f’każ ta’ inċidenti, u b’rispett lejn il-familji tagħna għandna noqogħdu ħafna attenti partikolarment f’dawn il-jiem fejn ikun hawn ħafna ċelebrazzjonijiet għaddejjin.  Hu qal li anke grokk jew tazza nbid waħda biss jaffetwaw is-sewqan u l-fakultà tar-raġunament ta’ dak li jkun. Hu magħruf li taħt l-effett tal-alkoħol dak li jkun ma jibqax jikkalkula d-distanza ta’ kemm ikun qiegħed isuq sew. L-alkoħol iġiegħelna ndumu iżjed ma nirreaġġixu għalhekk dak li jkun jdum iżjed biex iwaqqaf il-karozza tiegħu.  Barra minn dan, l-alkoħol iġiegħel lil dak li jkun iħossu kunfidenti żżejjed sal-punt li ma jibqax jirraġuna sew u b’hekk ipoġġi lilu nnifsu u lil dawk ta’ madwaru  fil-periklu.

Għalhekk is-slogan li intgħażel għal din il-kampanja hu ‘Jekk ser issuq ...Tixrobx!’

Hu importanti li jekk dak li jkun qed jippjana biex jixrob għandu fl-istess ħin jippjana ukoll minn qabel kif ser jasal id-dar. Jista’ jaqbad tal-linja, jorganizza minivan jew taxi jew jorqod fil-lukanda viċin fejn ikun. Anke jekk xorob ftit biss alkoħol, dak li jkun m’huwiex aċċettabbli li jsuq.

Il-festi għandna ngawduhom ilkoll billi nibżgħu għalina nfusna u għal xulxin. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow