Left arrow Mur Lura

TITQIEGĦED L-EWWEL ĠEBLA TAL-BINI MILL-ĠDID TAL-GĦAJN TAL-ĦASSELIN F’GĦAJNSIELEM

pr2776
Date Icon 18/12/2012

“Is-sinerġija bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem matul l-aħħar snin, issarrfet f’diversi proġetti li huma ta’ ġid kemm għar-residenti tal-lokalità kif ukoll għal dawk kollha li jiffrekwentawha.”

Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono qalet dan fl-okkażjoni tat-tqegħid tal-ewwel ġebla tal-proġett tal-bini mill-ġdid tal-Għajn tal-Ħasselin f’Għajnsielem.  Din l-għajn tirrappreżenta silta mill-istorja partikolari ta’ din il-lokalità u kien għalhekk li l-Kunsill Lokali ħaseb biex jirrestawraha u jerġa’ jrodd lura lill-poplu ta’ Għajnsielem sit ta’ valur storiku u karatteristiku ta’ dan ir-raħal. Il-Kunsill ta’ Għajnsielem sab sostenn finanzjarju mill-iskema tal-Ministeru għal Għawdex marbuta mal-Pjan ta’ Azzjoni EkoGħawdex 2010-2012. Il-bini mill-ġdid tal-Għajn tal-Ħasselin huwa parti minn proġett aktar wiesa’ li jinkludi t-tindif ta’ parti minn Wied Simirat u x-xiri ta’ eko-trakk. 

L-Onor. Giovanna Debono fissret kif dan il-proġett ser ikun qed jirċievi l-għajnuna massima ta’ €70,000 skont din l-iskema. Żiedet tgħid li dawn l-inizjattivi se jolqtu għanijiet differenti marbuta mal-proġett ekoGħawdex u jirriflettu fil-prattika t-tifsira ta’ dan il-kunċett, li mhuwiex biss marbut mal-ambjent u l-enerġija, iżda jindirizza aspetti differenti li jolqtu mill-qrib il-kwalità tal-ħajja tal-poplu Għawdxi filwaqt li jħarsu wkoll dak kollu li jagħti identità lil Għawdex.  Fost dawn hemm l-identità kulturali msejsa fuq il-karatteristiċi ewlenin tal-lokalitajiet kollha f’Għawdex.

Il-Ministru Debono qalet li dawn huma ta’ valur miżjud għal-lokalità ta’ Għajnsielem li qed tgawdi wkoll minn proġetti oħra fosthom it-tisħiħ u t-tisbiħ li sar permezz tar-rikostruzzjoni tat-toroq bejn ix-Xatt u l-konfini ta’ Għajnsielem li jmissu max-Xewkija, il-bini tat-terminal il-ġdid u l-proġett li għaddej bħalissa fiż-Żewwieqa. Semmiet ukoll l-investiment qawwi li sar fit-tisħiħ tal-faċilitajiet edukattivi fl-iskola primarja tal-lokalità u fiċ-Ċentru Għawdxi tal-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri. Il-Ministru għal Għawdex semmiet ukoll xogħlijiet oħra li twettqu mill-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem li komplew itejbu l-kwalità tal-ħajja tal-komunità ta’ Għajnsielem fosthom il-bini taċ-ċentru ċiviku. Hija awgurat li l-ewwel ġebla fil-proġett ta’ bini mill-ġdid tal-Għajn tal-Ħassellin tkun tirrappreżenta l-pedament, mhux biss ta’ dan il-proġett iżda ta’ ħidma aktar sfieqa b’risq il-wirt storiku Għawdxi.

L-iskema ta’ ekoGħawdex għall-Kunsilli Lokali flimkien ma’ oħra għal Għaqdiet Mhux Governattivi Għawdxin fissru investiment ta’ madwar €2 miljun fil-lokalitajiet kollha madwar Għawdex.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow