ĦSARAT FIS-SISTEMA TAN-NETWORK TAL-BIĊĊERIJA TAL-GVERN, IL-MARSA
pr2775
18/12/2012
Dalgħodu żviluppaw problemi fis-sistema tan-network tal-informatika tal-Biċċerija tal-Gvern, il-Marsa. Dan wassal biex il-qatla tal-majjal li kellha ssir dalgħodu fil-Biċċerija twaqqfet għal madwar erba’ sigħat.
Ittieħdu passi immedjati biex din il-ħsara fl-infrastruttura tkun irranġata u fil-fatt saret konnessjoni temporanja sakemm ikomplu għaddejjin ix-xogħolijiet ta’ tiswija. B’hekk il-qatla setgħet tkompli u fil-fatt illum ser issir il-qatla kollha kif kien ippjanat.
L-amministrazzjoni tal-Biċċerija tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent u tirringrazzja lill-ħaddiema u lill-klijienti tagħha tal-koperazzjoni tagħhom.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en