Left arrow Go Back

POLITIKA SOSTENIBBLI DWAR L-ENERĠIJA GĦAL DAREK, L-IMPJIEG TIEGĦEK, SAĦĦTEK U ULIEDEK

pr2771
Date Icon 17/12/2012

Titnieda l-Politika Nazzjonali dwar l-Enerġija

Politika sostenibbli dwar l-enerġija għal darek, l-impjieg tiegħek, saħħtek u uliedek.  Din hija l-viżjoni tal-Gvern kif imfissra fil-Politika Nazzjonali dwar l-Enerġija li ġiet imnedija llum mill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali George Pullicino.  Goerge Pullicino emfasizza kif l-għan tal-Gvern huwa li jiżgura tkabbir u ħolqien tal-ġid filwaqt li jiggarantixxi provvista ta’ enerġija effiċjenti u sigura li tħares ukoll l-ambjent.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha ngħatat preżentazzjoni dwar il-kontenut tal-Politika Nazzjonali dwar l-Enerġija li ġiet maqbula mill-Kabinett wara proċess ta’ konsultazzjoni wiesa’, il-Ministru Pullicino saħaq kif din il-Politika hija bbażata fuq ħames prinċipji ewlenin: enerġija effiċjenti u li jlaħħaq magħha kulħadd; sigurtà fil-provvista tal-enerġija; diversifikazzjoni; flessibilità u sostenibbiltà.  Dawn huma prinċipji ewlenin ta’ viżjoni ta’ Gvern li huwa konxju li pajjiżna għandu limitazzjonijiet intrinsiċi fejn jidħlu tipi ta’ investiment li jistgħu jsiru u li d-domanda għall-enerġija  se tkompli tikber minħabba tkabbir ekonomiku u kwalità ta’ ħajja aħjar.

Pullicino fakkar kif bi tmexxija serja, pajjiżna llum għamel bidla fuq kif jaħseb fuq l-enerġija.  Pajjiżna llum m’għadux iħares lejn dipendenza totali fuq iż-żejt, imma qed jitkellem fuq taħlita ta’ sorsi li jiġġeneraw l-enerġija. Dan jinkludi l-enerġija ġġenerata minn sorsi nodfa u rinnovabbli u wieħed ma jridx jinsa l-mijuni ta’ Ewro allokati lill-familji għal dan il-għan biex jingħataw inċentiv li jinvestu f’enerġija nadifa, saħaq il-Ministru Pullicino.  Din hi strateġija ta’ Gvern li jmexxi bl-eżempju, li diġà ħa passi konkreti biex inaqqas il-ħela fil-binjiet tiegħu u li joffri spazji pubbliċi biex minnhom tkun iġġenerata enerġija nadifa. George Pullicino qal li dan huwa dokument ta’ Gvern b’saqajh mal-art li jagħmel għażliet responsabbli u li mhux mehdi jwiegħed l-ilma jiżfen lil kulħadd. 

Gvern li qed jinvesti hu wkoll sabiex il-provvista tal-enerġija tibqa’ waħda affordabbli għal kulħadd tant li fl-aħħar budget alloka €25 miljun sabiex il-kontijiet tad-dawl ma jogħlewx.  Il-Ministru George Pullicino fakkar kif din l-istrateġija isservi ta’ qafas għall-inizjattivi oħrajn li ħa l-Gvern s’issa, inkluż d-dokument dwar in-National Renewable Energy Action Plan, ż-żewġ dokumenti ta’ Strateġija dwar Tibdil fil-Klima (mitigazzjoni u adattazjoni) u l-Istrateġija Nazzjonali dwar it-Trattament tal-Iskart Solidu.

Il-Ministru Pullicino qal li l-Gvern qed jintrabat li jkun hemm reviżjoni kull tlett snin tad-dokument u li dan ikun diskuss minn Kumitat tal-Kamra tar-Rappreżentanti li jitwaqqaf apposta sabiex il-proċess politiku jkun aġġornat u infurmat.  Hu tenna li dan hu dokument li jrid ikun tal-poplu kollu għaliex l-enerġija hija ġid komuni li tgħinna naslu għall-progress li jistħoqqilna.  Dan qed isir bi strateġija li tinkludi proposti kredibbli u fattibli u li permezz tagħhom għandhom ikunu iġġenerati wkoll aktar impjiegi u green jobs, temm jgħid il-Ministru George Pullicino.

Wieħed jista’ jsib kopja ta’ din l-istrateġija mis-sit www.mrra.gov.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow