Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ

pr2770
Date Icon 17/12/2012

Bħas-soltu, xejn ġdid mill-Oppożizzjoni

Sfortunatament anke matul iż-żmien tal-festi, il-Malta Labour Party jagħżel li jkompli jipprova jfixkel is-servizzi tas-saħħa.

Minkejja l-ħafna stqarrijiet li ħarġet l-Oppożizzjoni dwar il-qasam, u minkejja l-isforzi kollha li għamlet biex tifa dell ikrah fuq il-qasam tas-saħħa, il-Eurobarometer li ġie ppubbikat ftit tal-ġimgħat ilu wera li l-poplu jaf xinhi il-verita u li 82 fil mija tal-poplu hu sodisfatt bis-servizzi tas-saħħa.  Dan il-persentaġġ, li saħansitra huwa żieda fuq dak tas-sena li għaddiet, jaqbeż sew il-medja ta 60% tal-pajjiżi Ewropej.

Ħasra li l-MLP qatt ma jgħid grazzi lil min jaħdem f’dan is-settur li wassal biex żdiedu in-numru u tip ta’ operazzjonijiet, li żdiedu s-servizzi, li zdidu t-testijiet ta’ prevenzjoni fost l-oħrajn.  L-MLP jinjora it-titjib kontinwu li jseħħ fil-qasam, bħal ma seħħ, fost oħrajn, fil-każ tal-Colorectal Screening, li dwarha l-Oppożizzjoni ma qalet xejn.

Il-Ministeru jirringrazzja lill dawk il-professjonisti kollha li bis-saħħa tagħhom illum għandna servizz aktar b’saħħtu u ta’ kwalità għolja, li qiegħed iwassal biex aħna ngħixu aktar.

Il-Ministeru jinnota wkoll li b’ironija, din l-istqarrija tal-Oppożizzjoni waslet fil-jum li fih grupp ta’ esperti barranin fit teknoloġija ġew jiddiskutu l-avvanzi fit-teknoloġija li saru fil-qasam tas-saħħa ta’ pajjiżna.  Anke din, ġiet injorata mill-MLP.

Għalhekk, sfortunatament, fl-istqarrija tal-Oppożizzjoni ma kien hemm xejn ġdid.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow