Left arrow Mur Lura

STQARRIJA LILL-ISTAMPA MILL-KUMMISSJONI GĦALL-AMMINISTRAZZJONI TAL-ĠUSTIZZJA

pr2767
Date Icon 17/12/2012

Mehmuża hi ittra mill-Kummissjoni għall-Aministrazzjoni tal-Ġustizzja.

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA TAL-KUMMISSJONI DWAR L-AMMINISTRAZZJONI TAL-ĠUSTIZZJA

Minħabba diversi stqarrijiet u fehmiet espressi pubblikament dwar is-setgħat u l-implikazzjonijet tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni l-istess Kummissjoni tħossha fid-dover li tistqarr u tfakkar dan li gej.

1.     Skont il-liġi huma tnejn biss il-modi li bihom il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja tista’ tipproċedi fl-investigazzjoni tal-kondotta ta’ mħallef.

2.     L-ewwel, il-Kummissjoni tista’ tinvestiga ġudikant skont l-artikolu 101A(11)(f) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta. F’din l-investigazzjoni, jekk il-Kummissjoni ssib nuqqas fil-kondotta tal-ġudikant, l-unika miżura li tkun tista’ tieħu hi li tiġbed l-attenzjoni tal- ġudikant għall-aġir tiegħu li jista’ jolqot il-fiduċja li jkollu minħabba l-kariga tiegħu, jew li jmur kontra l-Kodiċi ta’ Etika tal-Ġudikanti. 

3.     Il-Kummissjoni ġa fil-passat investigat lill-Imħallef Carmelo Farrugia Sacco u ġibdet l-attenzjoni tiegħu skont l-artikolu msemmi.

4.     It tieni, il-Kummissjoni tista’ tinvestiga ġudikant skond l-artikoli 8 u 9 tal-Att Dwar Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja (Kap 369).  Il-Kummissjoni tista’ tinvestiga ġudikant skont dan l-artikolu fil-każ biss illi l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati jirriferilha mozzjoni magħmula fil-Kamra għat-tneħħija tal-imħallef mill-kariga tiegħu.   Wara li tkun irċeviet tali mozzjoni, il-Kummissjoni tinvestiga, u tagħmel rapport tal-konklużjoni tagħha lill-iSpeaker.  Jekk dan ir-rapport igħid li ma kienx hemm imġieba ħażina da parti tal-imħallef, allura ma tiġi meħuda ebda azzjoni oħra mill-Kummissjoni u fil-Kamra dwar dak ir-rapport.   Jekk ir-rapport tal-Kummissjoni jkun sab prima facie li l-imġieba ħażina tkun pruvata, allura l-mozzjoni u r-rapport imsemmijin jiġu kunsidrati mill-Kamra.  Jekk wara din il-konsiderazzjoni il-Kamra tkun sodisfatta  li l-imġieba ħażina tkun pruvata, allura jiġu meħudin mill-Kamra u mill-President ta’ Malta l-proċeduri għat-tneħħija tal-imħallef mill-kariga tiegħu. 

5.     F’dan it-tieni każ il-Kummissjoni ma tieħu ebda deċiżjoni dwar it-tneħħija jew le tal-imħallef mill-kariga tiegħu.   Tali deċiżjoni toħodha l-Kamra tad-Deputati wara li tkun ikkunsidrat ir-rapport tal-Kummissjoni.

6.     Jiġifieri, skont il-liġi, meta l-Kummissjoni ssib ksur tal-Kodiċi ta’ Etika tal-Ġudikanti minn  ġudikant l-istess Kummissjoni ma tista’ tieħu dwaru ebda miżura għajr dik li tiġbidlu l-attenzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 hawn fuq.

7.     Dejjem skont l-artikoli 8 u 9 tal-Kap 369, l-iSpeaker ma għandux jippermetti li tiġi mogħtija xi pubbliċita’ lill-mozzjoni msemmija, u l-proċeduri kollha dwar din l-investigazzjoni għandhom jinżammu in camera.   Għalhekk il-Kummissjoni ma tgħidx, u mhix se tgħid, jekk irċevitx jew le tali mozzjoni, u jekk hija hix jew le qiegħda tinvestiga, jew jekk hija investigatx jew le lill-Imħallef Farrugia Sacco skont dawn l-artikoli 8 u 9.     

8. Il-Kummissjoni tinnota li hemm min jaħseb  li meta ma jisma’ xejn u ma jara xejn allura l-Kummissjoni ma tkun qed tiddiskuti xejn u ma tkun qed tagħmel xejn. Dan hu  ‘l boghod ħafna mir-realta’. Il-Kummissjoni għandha imposti fuqha bil-liġi obbligi ta’ riservatezza u oħrajn proċedurali li ma jippermettulhiex li tiżvela pubblikament dak kollu li tkun qed tagħmel jew tiddiskuti. Barra minn hekk meta l-Kummissjoni taġixxi tagħmel hekk kolleġġjalment  u  jrid ikun hemm diskussjoni bejn il-membri tagħha qabel tkun tista’ tieħu deċiżjoni. Dan mhux dejjem jippermetti lill-Kummissjoni li taġixxi bil-ħeffa li tkun tixtieq jew li bih ħaddiehor, li ma għandux l-istess obbligi ta’ riservatezza u ma għandu bżonn jikkonsulta lil ħadd ħlief lilu nnifsu, jkun jista’ jagixxxi. Il-Kummissjoni tfittex li tirrispetta l-liġi  u  l-obbligi imposti fuqha bil-liġi anki meta ma hix kuntenta bir-restrizzjonijiet li l-liġi timponi fuqha u anki meta l-fatt li tirrispetta l-liġi jagħti lok sabiex tiġbed fuqha l-kritika u n-nuqqas ta’ komprensjoni da parti ta’ ħaddiehor. Żgur li l-Kummissjoni ma hix ser tikser il-liġi sabiex tevita li tiġi kritikata jew sabiex tingħoġob ma’ min jikkritikha. Jekk hemm xi kritika li għandha ssir f’dan ir-rigward din għandha tiġi indirizzata lejn min għandu s-setgħa li jibdel il-liġi u mhux lejn il-Kummissjoni.

9. Finalment, il-Kummissjoni tagħmilha mill-aktar ċar li espressjonijiet ta’ fiduċja f’xi ġudikant Malti minn entitajiet estraneji għall-ġudikatura in konnessjoni mal-attivita’ extra-ġudizzjarja ta’ dak il-ġudikant u l-fehmiet tal-istess entitajiet dwar id-doveri etiċi ta’ membru tal-ġudikatura Maltija ma  jikkondizzjonaw xejn lill-Kummissjoni. Kull ġudikant għandu jagħraf li l-ewwel lealta’ tiegħu hi lejn l-istituzzjoni Ġudizzjarja li lilha jappartjeni u l-fiduċja assoluta li għandha tispira fil-komunita’ li sservi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow