Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

PR2765
Date Icon 16/12/2012

Il-qagħda finanzjarja b’saħħitha hija frott il-politika tal-Gvern – u qed tissarraf f’tisħiħ tal-investiment fil-ħolqien tax-xogħol, fis-saħħa u fl-edukazzjoni

Risposta għad-Diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni Dott Muscat

Il-qagħda finanzjarja b’saħħitha hija frott il-politika tal-Gvern tul dawn l-aħħar snin u qed tissarraf f’tisħiħ tal-investiment fil-ħolqien tax-xogħol, fis-saħħa u fl-edukazzjoni. Il-qagħda finanzjarja b’saħħitha hija frott politika kostanti ta’ tmexxija ekonomika u finanzjarja responsabbli, li wasslet għal tkabbir ekonomiku, aktar investiment u postijiet tax-xogħol. Dan fisser dħul aħjar għall-pajjiżna li ppermetta lil-Gvern biex filwaqt li jkun jista’ jsaħħaħ iktar il-qagdħa finanzjarja ta’ pajjiża jkompli jinvesti aktar fix-xogħol, fis-settur tas-saħħa, fil-qasam soċjali u fl-edukazzjoni.

Kull ma kellu jagħmel Dott Muscat huwa li jaqra l-kumplament tal-istqarrija ta’ Fitch, fejn l-aġenzija fiha spjegat li din is-sena hi rrikonfermat r-rating ta’ Malta bħala wieħed stabbli grazzi għaliex l-ekonomija u l-finanzi kienu b’saħħithom, u li meta l-Gvern joħroġ bonds f’pajjiżna, ir-rispons tal-investituri Maltin ikun dejjem b’saħħtu.

Din il-ġimgħa wkoll, Moody’s qalet li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tagħlaq il-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv kotnra Malta hija waħda pożittiva u dan jirrappreżenta l-isforzi effettivi tal-Gvern biex isaħħaħ il-qafħa finanzjarja tiegħu. 

Dott Muscat ma qal xejn l-anqas lil hinn minn dawn iċ-ċeritifikati għal pajjiżna dan ix-xahar kellna konferma li f’dawk li huwa ħolqien tal-ġid, l-ekonomija Maltija kellha t-tieni l-akbar tkabbir fiż-żona ewro waqt li fil-qasam tal-jobs, il-persuni jaħdmu bi qligħ komplew jiżdiedu u issa qabżu l-152,000.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow