Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI

pr2763
Date Icon 15/12/2012

L-Onor Leo Brincat irid jibqa’ jipprova jitfa’ t-tajn, u ma jiddejjaq xejn jikkontradixxi lilu nnifsu.

Il-fatt li l-proġetti li jiġġeneraw energija mix-xemx jirrikjedu meded kbar ta' art jagħtu raġun lill-Gvern li fil-pjan tiegħu għall-ġenerazzjoni ta' enerġija minn sorsi nodfa alloka 0.7 fil-mija tal-miri tiegħu li ser jiġu minn enerġija solari.

Jekk xejn kien l-Onor Brincat, u l-Oppożizzjoni li għoġobhom jikkritikaw dan il-pjan billi bħas-soltu jippruvaw joħolqu dubji mingħajr ma joffru alternattiva.  Il-fatt li dan il-proġett ta' pannelli fuq 67,000 metru kwadru ta' soqfa pubbliċi se jwassal biex jintlaħaq 0.1 fil-mija tal-miri nazzjonali jikkonferma kemm pajjiżna għandu restrizzjonijiet tal-art għal proġetti simili.  Imma għall-Onor Brincat l-importanti li jikkritika u li jiżra d-dubji.

Din il-Feed-In-Tarriff tobbliga lill-kumpanija li rebħet dan il-kuntratt biex twettaq l-investiment kollu marbut mal-installazzjoni tal-panelli fotovoltajiċi u tinstalla wkoll strutturi biex jieħdu fuqhom dawn il-pannelli peress li dawn iridu jitpoġġew fuq soqfa antiki jew soqfa ta’ ġibjuni.

L-aħħar stqarrija tal-Onor Brincat tikkonferma li għall-Oppożizzjoni l-importanti mhux l-interess nazzjonali imma dak partiġġjan.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow