Left arrow Mur Lura

MIL-LUM IL-FAMILJI JISTGĦU JIBDEW IGAWDU MINN ESTENZJONI OĦRA FIL-PARK NAZZJONALI TA’ TA’ QALI PERMEZZ TA’ PETTING FARM

pr2761
Date Icon 15/12/2012

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi flimkien mal-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali George Pullicino, illum inawguraw estenzjoni oħra tal-Park Nazzjonali f’Ta Qali. 

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi f’diskors li għamel qal li f’dawn il-ħames snin il-Gvern wettaq diversi proġetti biex spazji li kienu okkupati mill-karozzi jew mitluqa jinbidlu f’postijiet mill-isbaħ għat-tfal u l-familji.  Dawn jinkludu Pjazza San Gorg, l-Adventure Park f’Ta’ Qali, Outdoor gyms, Ġnien George Bonello du Puis fi Qui Si Sana, Park tan-Natura fi Xrobb l-Għaġin, l-estensjoni tal-Park Nazzjonali tas-Salina u Pjazza Sant’Anna.  Hu qal li fil-ġimgħat li ġejjin se jinfetaħ ukoll il-Park tal-Familja f’Wied il-Għajn u ieħor fil-Mellieħa.  

Il-Prim Ministru żied li permezz ta’ dawn il-proġetti intejbu l-kwalità tal-ħajja tat-tfal u l-familji fejn jistrieħu flimkien f’atmosfera mill-isbaħ, tajba għal saħħithom.

Il-Ministru George Pullicino qal li l-Gvern qed iwettaq programm fit-tul biex aktar spazji li kienu mitluqa jiġu mibdula f’parks għall-familji.  Fost dawn hu semma l-miżbliet tal-Magħtab u tal-Qortin.   Dawn minn post mistkerrah, qed jinbidlu f’parks u diġà sar proċess fejn tneħħew il-gassijiet biex il-kwalità tal-arja tjiebet b’mod qawwi.

Din l-estenzjoni li ġiet inawgurata llum tikkonsisti f’Petting Farm li fejn it-tfal u l-familji jkunu jistgħu jiġu flimkien biex filwaqt li jgawdu minn ambjent mill-isbaħ, ikunu jistgħu jitgħallmu fuq l-annimali filwaqt li jkollhom ukoll iċ-ċans li jilgħabu magħhom. L-annimali li jinsabu f'dan il-Petting Farm jikkonsistu fi żwiemel, fniek, paguni, nagħaġ, mogħoż, lama u tipi differenti t'għasafar Rossellas, bħal love birds, budgerigars u parakeets. L-esebizzjoni tal-fniek qed titella’ bil-kollaborazzjoni  tal-Malta Rabbit Club immexxi minn Joseph Gauci Maistre

Dan il-Petting Farm sar fuq medda ta’ 13,300 metru kwadru ta’ art.  Il-Petting Farm hu l-ewwel minn sensiela ta’ proġetti li huma ppjanati li jsiru fil-Park Nazzjonali ta' Ta’ Qali, skont il-Master Plan għal Ta' Qali li tħabbar is-sena l-oħra. L-attrazzjonijiet prinċipali li se jiżdiedu fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali jinkludu toddlers area, skate park, butterfly house u cycling track.

Bil-Master Plan għal Ta’ Qali ha jkompli jingħata aktar spazju miftuħ għall-familji tant li l-estensjoni tal-Park se toffri spazju ġdid b’kobor daqs 4 grounds tal-football. Għalhekk b’kollox Ta’ Qali se jkun qed joffri spazju ta’ ’l fuq minn 230,000 metru kwadru ta’ art miftuħa u msebbħa għar-rikreazzjoni tal-familji. Dan il-Petting Farm jifforma parti mill-viżjoni tal-Gvern li jtejjeb, ikabbar u jsebbaħ l-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali biex it-tfal ikollhom fejn jikbru u jilagħbu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow