Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-PRIM MINISTRU LAWRENCE GONZI

pr2760
Date Icon 15/12/2012

Dalgħodu sejjaħt laqgħa tal-Kabinett fejn ġew diskussi l-iżviluppi dwar l-Imħallef  Dr Ray Pace u l-Imħallef  Dr Lino Farrugia Sacco.

Irrid qabel xejn nesprimi d-dispjaċir kbir u t-tħassib tiegħi dwar dak li qed jolqot lill-ġudikatura bħalissa.  Qed nirreferi ghal dawn il-fatti:

l-Imħallef Ray Pace tressaq il-Qorti Kriminali akkużat b’reati serji;

u l-Imħallef Lino Farrugia Sacco, minkejja li aktar minn 5 snin ilu (fis-7 ta’ Awissu 2007) kien ingħata direzzjoni mill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja biex ma jibqax President tal-Kumitat Olimpiku Malti ghax dan kien jikser il-Kodiċi ta’ Etika, huwa baqa’ jokkupa din il-kariga.  Riċentament imgieba tiegħu f’din il-kariga wasslet biex kien hemm investigazzjoni u ċensura mill-Kummissjoni tal-Etika tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali.

Dawn huma sitwazzjonijiet ta’ tħassib u huma ta’ serjetà kbira, li wasslu biex jonqos ir-rispett u l-ġieħ tal-ġudikatura u l-fiducja fiha.  Dawn huma sitwazzjonijiet li ma jagħmlux ġustizzja mal-membri tal-ġudikatura li jagħmlu xogħolhom b’integrità u serjetà kbira.

Kif diġà għidt pubblikament kont nistenna li ż-żewġ imħallfin jippreżentaw ir-riżenja tagħhom.  Dan baqa’ ma ġarax.  

Għalhekk waqt il-laqgħa tal-Kabinett li saret dalgħodu ġie deċiż li jiġu preżentati żewġ mozzjonijiet għat-tneħħija tagħhom.  Dawn il-mozzjonijiet issa ġew preżentati fil-Parlament; minn hemm jintbagħtu lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja skont il-proċess stabbilit mill-liġi.  Jekk ikun hemm deċiżjoni li dawn jiġu dibattuti fil-Parlament, jien lest li nitlob li jerġa’ jiltaqa’ l-Parlament, anki jekk dan ikun diġà ġie xolt.

Nirringazzja wkoll lill-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna, fosthom il-Korp tal-Pulizija, li taw prova li l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna jaħdmu biex jipproteġu liċ-ċittadini u d-demokrazija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow