L-ISKEMA TAL-ISPIŻERIJA TAL-GĦAŻLA TIEGĦEK
Ġbir u Mili tal-Formola tar-Reġistrazzjoni Valletta – Ħamrun – Qormi – Żebbuġ - Siġġiewi - Żabbar – Xgħajra – M’scala – B’buġa – Żejtun – M’xlokk
Id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC] jixtieq jinforma lill-pazjenti li huma intitolati għall-mediċini b’xejn mingħand il-Gvern, u li s-soltu jiġbru l-mediċini tagħhom mill-Ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa tar-Raħal Ġdid u ta’ Ħal Qormi rispettivament, li jistgħu jiġbru l-Formola tar- Reġistrazzjoni biex jibbenifikaw mill-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek mill-ispiżeriji li ser jipparteċipaw fl-Iskema msemmija hawn taħt mit-15 ta’ Diċembru 2012. Huwa IMPORTANTI li għar-reġistrazzjoni tintuża BISS il-Formola tar-Reġistrazzjoni uffiċjali pprovduta mid-Dipartiment tal-POYC.
Il-Pazjenti li joqgħodu fil-lokalitajiet imsemmija hawn fuq u li għandhom il-Kartuna s-Safra u dawk li huma ntitolati għall-mediċini tad-diabete BISS għandhom jirreġistraw mà din l-Iskema.
Huwa importanti li għar-Reġistrazzjoni l-pazjenti jieħdu magħhom u jippreżentaw:
1. Il-Karta tal-Identità
2. Il-Kartuna s-Safra / il-Kartuna u l-Formola r-Rosa / u l-Kartuna l-Bajda għall-mediċini kkontrollati [skond kif japplika]
3. Il-Permess li jintitolak għall-medicini fuq l-approvazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa [MEU]
Il-Formola tar-Reġistrazzjoni għandha timtela’ kif gej:
| Sezzjoni [A] - | Mill-pazjent |
| Sezzjoni [B] - | Mill-ispiżjar/a inkarigat/a mill-ispiżerija li l-pazjent ikunu għażel biex jirreġistra magħha. |
| Sezzjoni [C] - | Mit-tabib/a tagħhom jew mit-tobba taċ-Ċentri tas-Saħħa tar-Raħal Ġdid u ta’ Ħal Qormi |
Il-Formola tar-Reġistrazzjoni mimlija, għandha tittieħed lura għand l-ispiżerija li l-pazjent ikun irreġistra magħha. Flimkien mal-Formola tar-Reġistrazzjoni l-pazjent għandu jibgħat ukoll kopji tal-Kartun u l-Permessi kollha li jintitolawh għal mediċini b’xejn, u kopja tal-Karta’ tal-Identita’.
Min għandu bżonn ta’ aktar informazzjoni jista’ jċempel fuq 2248 1800 jew 2210 6350
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en