STQARRIJA LILL-ISTAMPA MILL-KUMMISSJONI GĦALL-AMMINISTRAZZJONI TAL-ĠUSTIZZJA
Il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja taħt il-Presidenza tal-Eċċellenza Tiegħu, Il-President ta’ Malta, żammet laqgħa urġenti llum, l-14 ta’ Diċembru 2012, sabiex tiddiskuti l-każ tal-Imħallef Raymond C. Pace li tressaq il-bieraħ quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala Qorti Istruttorja, mixli b’reati kriminali serji.
Il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha li tissorvelja u tassigura li l-fiduċja fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja ma tiġi bl-ebda mod imminata, iddeċidiet f’dan l-istadju li mingħajr ma tippronunzja ruħha fuq il-mertu ta’ dan il-każ li tirrakkomanda lill-Unur Tiegħu, il-Prim Imħallef sabiex jirrijassenja d-doveri ġudizzjarji li għandu bħalissa l-imsemmi Imħallef u li ma jassenjalux doveri ġudizzjarji ġodda.
Il-Kummissjoni tfakkar li l-Qrati tal-Ġustizzja u l-professjonijiet legali kollha huma għas-servizz taċ-ċittadin u għandhom id-dover legali u morali li jassiguraw li l-amministrazzjoni tal-ġustizzja tibqa’ tkompli tgawdi l-fiduċja taċ-ċittadin.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en