Left arrow Mur Lura

KULĦADD DIFFERENTI ILKOLL INDAQS – TEMA TA’ KONFERENZA DWAR ID-DIŻABILITÀ F’GĦAWDEX

pr2730
Date Icon 12/12/2012

L-uffiċċju tal-Koordinatur dwar id-Diżabilità għal Għawdex flimkien mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNPD) organizzaw konferenza bit-tema ’Kulħadd Differenti lkoll Indaqs’. Din il-konferenza nżammet ġewwa ċ-ċentru għal matul il-jum Santa Marta, li f’dawn l-aħħar tliet snin tejjeb mhux ftit il-faċilitajiet minn fejn tiġi koordinata ħidma b’risq persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom f’Għawdex.

Din il-konferenza ġiet imtellgħa fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Persuni b’Diżabilità u serviet ukoll biex ingħatat aktar informazzjoni dwar ir-ratifika u l-bidu tal-proċess ta’ implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità f’pajjiżna. Din ir-ratifika ġiet iffirmata f’Ottubru u daħlet fis-seħħ f’Novembru ta’ din is-sena.

F’messaġġ li bagħtet il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, għal din l-okkażjoni, fissret kif okkażjonijiet bħal dawn jiswew biex is-soċjetà tkompli tirrikonoxxi l-ħtiġijiet partikolari tal-qasam tad-diżabilità. Dan il-messaġġ ġie mwassal mill-Onor. Frederick Azzopardi, Assistent Parlamentari fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.

Il-Ministru rreferiet ukoll għall-25 anniversarju mit-twaqqif tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità u kif matul dawn is-snin din il-Kummissjoni ħadmet bla waqfien b’risq il-qasam tad-diżabilità f’pajjiżna. Filwaqt li ddeskriviet din il-ħidma bħala ’katalist ewlieni’  fil-proċess li kien jinkludi tragwardi importanti bħal ma kien it-tfassil u l-approvazzjoni tal-’Liġi Opportunitajiet Indaqs’, liema liġi tkopri u tinkludi wkoll bosta elementi li tipproponi l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità. 

Il-Ministru Giovanna Debono fissret kif it-twaqqif taċ-ċentru għal matul il-jum Santa Marta kien investiment għaqli li f’dawn it-tliet snin għamel u qed ikompli jagħmel differenza fis-servizzi li jingħataw lil persuni b’diżabilità f’Għawdex. Hija esprimiet sodisfazzjon għal koperazzjoni bejn iċ-ċentru u l-Federazzjoni Għawdxija Persuni b’Diżabilità li toffri s-servizzi tagħha mill-uffiċċju tal-Koordinatur dwar id-Diżabilità għal Għawdex. Dan l-uffiċċju ġie mwaqqaf  mill-Federazzjoni fiċ-ċentru Santa Marta u qed joffri servizzi ta’ one-stop-shop minn fejn tiġi koordinata assistenza dwar diversi servizzi relatati ma’ dan il-qasam. Dan naqqas b’mod qawwi l-ħtieġa li wieħed irid jiġri minn uffiċċju għal ieħor biex jinqeda f’diversi bżonnijiet li jista’ jkollu.

Id-day centre qed joffri servizzi lil madwar 30 persuna adulta li b’mod regolari jqattgħu ħafna mill-ħin tagħhom ma’ persuni oħrajn fl-ambjent akkoljenti u sabiħ li joffri dan iċ-ċentru. Minbarra terapiji differenti, is-servizzi offruti f’dan iċ-Ċentru jolqtu wkoll aspetti oħra li jsaħħu wkoll id-diversi abiltajiet tad-destinatarji, filwaqt li jkomplu jħarrġuhom biex jiksbu ħiliet ġodda li jgħinuhom jgħixu b’mod aktar indipendenti. F’dawn l-aħħar xhur tliet persuni li jattendu dan iċ-ċentru bdew esperjenzi ta’ impjieg fil-komunità permezz tal-iskema Me2. Fattur pożittiv ieħor hu marbut mal-fatt li 3 mill-parteċipanti regolari għandhom aktar minn 70 sena. Dan  jixhed l-impenn ewlieni tal-politika tal-Gvern li sakemm hu possibbli persuni b’diżabilità u dawk anzjani jinżammu fil-qalba tal-komunità u fil-familji.

Il-konferenza kienet immexxija mis-Sur Joseph M. Camilleri, Chairperson tal-KNPD. Tkellem ukoll l-Onor. Anton Refalo, kelliem ewlieni għall-Iżvilupp Sostenibbli ta’ Għawdex.

Is-Sinjura Mary Rose Attard, Koordinatur dwar id-Diżabilità f’Għawdex, tkellmet dwar l-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni għall-persuni b’diżabilità f’Għawdex.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow