LAQGĦA STRAORDINARJA TAL-EUROGROUP U L-ECOFIN FI BRUSSELL
Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech, ħalla Malta għal Brussell, fejn se jipparteċipa għal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN) u l-laqgħa tal-Grupp tal-Ewro (Eurogroup). Tonio Fenech se jkun akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Alfred Camilleri.
It-tisħiħ tal-istabbilità ekonomika u finanzjarja fl-Unjoni Ewropea tibqa’ fuq l-aġenda tal-Ecofin tal-lum li se tittratta s-superviżjoni bankarja u tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fid-dawl tal-kriżi finanzjarja tal-aħħar snin.
Għada l-Eurogroup, li se jiltaqa’ ftit sigħat qabel il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew se jittratta temi marbuta mal-bailouts tal-Greċja u t-talba ta’ bailout ta’ Ċipru.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en