Left arrow Mur Lura

SKEMA TA’ GĦAJNUNA FINANZJARJAGĦAL KORSIJIET LIFELONG LEARNING 2012-13

pr2709
Date Icon 08/12/2012

Aktar nies qed jipparteċipaw f’korsijiet organizzati kull livell lokali.

L-Assistent Parlamentarai l-Onorevoli Beppe Fenech Adami illum għamel żjara fil-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema fejn kellu l-opportunita li jkun prezenti għall uħud mill-korsijiet offruti lir-residenti adulti li qegħdin jiġu organizzati minn dan il-Kunsill bħala parti mill-iskema li ġiet varata għat-tielet sena konsekuttiva mill-Gvern Ċentrali.

Wara s-suċċess tas-sentejn li għaddew fejn numru ta’ Kunsilli Lokali offrew opportunità ta’ tagħlim għall-adulti fil-lokalità tagħhom permezz ta’ skema bejn id-Dipartiment għall-Gvern Lokali u d-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja fi hdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, ghal darb’ohra din is-sena regghet giet varata din l-Iskema tal-Lifelong Learning.

Minn meta bdew dawn il-korsijiet fl-2005 kienu pparteċipaw 12-il Kunsill Lokali.  Dan in-numru tela’ għal 38 Kunsill Lokali fl-2011 bil-parteċipazzjoni ta’ ’l fuq minn elf resident adult, ghal 32-il Kunsill Lokali din is-sena; u l-istudenti telghu minn 957 fl-2011 ghal 1036 ghall-2012.  Beppe Fenech Adami qal li riżultati bħal dawn ikomplu jsaħħu l-fehma tagħna li skema bħal din għandha tibqa’ titħaddem.

Dawn il-korsijiet huma mmirati għall-adulti ta’ ’l fuq minn sittax-il sena u l-korsijiet iwasslu għall-kwalifika fl-ewwel livell fil-Qafas Nazzjonali tal-Kwalifiki (M.Q.F. level 1).  Id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja qed joffri mill-ġdid korsijiet fil-livell bażiku fil-Malti, l-Ingliż u s-Somom. 

F’diversi kunsilli Lokali f’Malta  jigu offruti dawn il-korsijiet : Il-Malti bħala Lingwa Barranija (Maltese for foreigners), l-Ingliż bħala Lingwa Barranija (English for foreigners), il-Franċiż, l-Ġermaniż, l-Ispanjol, t-Taljan, ir-Russu, l-Għarbi, ix- Xogħol tal-Bizzilla (Lace-Making) u kors relatat ma’ Energy Saving Initiatives at Home.  Il-korsijiet huma offruti minn edukaturi tal-adulti kwalifikati u jdumu 32 ġimgħa b’kuntatt ta’ 96 siegħa (bejn Ottubru 2012 u Mejju 2013) u l-adulti ghandhom l-ghazla li jakkwistaw kwalifika rikonoxxuta fuq il-Qafas Malti tal-Kwalifiki.

Ir-residenti huma mħegga javviċinaw lil kunsilli lokali tagħhom għal aktar tagħrif dwar dawn l-opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow