Left arrow Mur Lura

STQARRIJA KONGIUNTA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT U L-MINISTERU TAT-TURIZMU, L-AMBJENT U L-KULTURA

pr2707
Date Icon 07/12/2012

Sodisfazzjon ghat-Titjib fil-profitabbilita' tal-operaturi turistici

Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u l-Ministeru tat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura jinnutaw ir-riżultati pożittivi rreġistrati fl-industrija tat-Turizmu kif rapportat mir-rapport ikkummissjonat mill-MHRA stess, fuq quddiem nett iż-żieda fil-profitabbilità tal-lukandi u r-ristoranti ta’ pajjiżna, li fit-tielet kwart ta’ din is-sena żdiedet sostanzjalment, mhux biss fuq l-2011, iżda anke fuq l-2008, is-sena li l-President tal-MHRA is-Sur Tony Zahra dejjem enfasizza li rridu nqablu maghha meta nitkellmu fuq profitabbilita'.

Fil-fatt, fit-tielet kwart din is-sena, il-profitabbilità tal-lukandi 5-star żdiedet b’10.5% fuq l-2011 (17% fuq l-2008); għal dawk 4-star żdiedet bi 8% fuq l-2011 (3.6% fuq l-2008) u għal dawk 3-star bi 11.9% (22% fuq l-2008).

Din hija ċertament aħbar tajba għas-settur turistiku u l-ħaddiema kollha ta’ dan is-settur. Iż-żieda fil-profitabbilità hija direttament marbuta ma’ numru ta’ fatturi:

Numru rekord ta’ turisti li qed iżuru Malta u Għawdex. Wara erba’ snin rekord fl-ahhar hames snin li ghaddew, bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena ġew Malta madwar 1.3 miljun turist, żieda ta’ aktar minn 21,000 turist fuq l-istess perjodu is-sena li għaddiet u qattgħu ’l fuq minn 11-il miljun lejl, żieda ta’ aktar minn 745,000 (+7.1%) lejl fuq Jannar-Ottubru  2011. Fl-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena, it-turisti nefqu ’l fuq minn 1.2 biljun ewro,  żieda ta’ aktar minn €91miljun (+8.1%) fuq l-istess perjodu fl-2011. Din in-nefqa tfisser kummerċ għal diversi negozji fosthom lukandi, ristoranti, u kull tip ta’ negozju li jgawdi mis-suċċess fis-settur turistiku.

Tfisser ukoll ħolqien ta’ aktar impjiegi.

Dan huwa frott tal-fatt li, sena wara l-oħra, fil-budget għall-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, li permezz tagħhom setgħet issaħħaħ l-kampanji ta’ reklamar u promozzjoni ta’ pajjiżna. Fil-Budget għall-2013, żdiedet għal darb’oħra l-allokazzjoni għall-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għal 37 miljun ewro.

F'din il-leġislatura, il-Gvern żied l-allokazzjoni annwali bi 12.5 miljun ewro fuq dik allokata fl-2008 meta kienet ta' 24.5 miljun ewro - li tfisser zieda ta’ aktar minn 50 fil-mija. Huwa wkoll rizultat tal-investiment b’saħħtu fl-accessibilita’ ta’ pajjizna b’zieda sostanzjali fir-rotot minn u lejn Malta, kif ukoll tal-investiment fil-programm ta’ ristrutturar tal-Air Malta. Ta’ min ifakkar illi minn 47 rotta minn u lejn Malta fl-2008, illum ghandna 81 rotta.

Il-Gvern ifakkar li filwaqt li r-rata ta’ VAT fuq is-settur turistiku, ta’ 7% tibqa' wahda mill-aktar baxxi fl-Ewropa (22 minn 27 pajjiz ghandhom rata oghla minn Malta), din iddaħħlet bi qbil mal-istess MHRA, bil-ghan li jizdied il-Budget ta’ l-Awtorita biex b’hekk ingiebu aktar turisti. Ir-reviżjoni fil-VAT tissostitwixxi l-miżura ta’ 50ċ għal kull lejl li jqatta’ turist u li kienet tħabbret fil-Budget 2009, liema miżura kellha tiġi introdotta fl-1 ta’ Jannar 2010, iżda baqgħet ma ġietx introdotta. Dan id-dħul ġie kollu ri-investit fis-settur turistiku.  

Il-lukandi u r-ristoranti kienu wkoll gew megħjuna b’inċentivi diretti lil-lukandi fosthom skema ta’ 10 miljun ewro għall-kofinanzjament ta’ proġetti marbuta ma’ turiżmu sostenibbli; fejn ġew approvati aktar minn 100 proġett u l-Gvern għen finanzjarjament sa' 50% tal-ispejjeż relatati ma' dan l-iżvilupp. Il-Gvern għen ukoll fuq ir-rata tal-imgħax fuq is-self mill-banek għar-rinnovar fejn 3% ta' din ir-rata ġiet issussidjata.

Il-Gvern jgħin lis-settur ukoll permezz ta’ għajnuniet minn skemi oħra, fosthom dawk tal-ERDF, li l-lukandi u r-ristoranti jistgħu jgawdu minnhom, fosthom dawk li jgħinuhom jinvestu f’sorsi tal-enerġija li tiġġedded, biex b’hekk innaqqsu l-ispiża tagħhom b’rabta mal-ġenerazzjoni tal-enerġija.

Fil-Budget ta’ din is-sena habbarna li l-Malta Enterprise ser tirrevedi l-Incentives Guidlines biex lukandi jkunu jistghu jibbenefikaw minn investment aid ta’ 15% fuq l-ispiza kapitali taghhom f’forma ta’ tax credit.  Altru milli Gvern li ma nvestiex f’din l-industrija vitali ghal  pajjizna.

Dan kollu huwa prova ċara tal-impenn ċar tal-Gvern fil-konfront tas-settur turistiku, li jibqa’ kontributur importanti għal ħolqien ta’ ġid, ta’ aktar postijiet tax-xogħol u ta’ aktar dħul għal-lukandiera, sidien ta’ ristoranti u l-ħaddiema li jiddependu minn din l-industrija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow