TOURS KULTURALI GĦALL-MILIED F’GĦAWDEX
Għal sena oħra, l-Uffiċċju tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex qed jorganizza żewġ mawriet relatati mal-Milied f’Għawdex.
Il-programm huwa kif ġej:
TOUR 1
Data: Il-Ħadd 16 ta’ Diċembru 2012
Ħin: Tluq mal-vapur tas-2:15pm minn Malta
Programm:
2:45pm - Wasla tal-vapur fil-Port tal-Imġarr, Għawdex
3:00pm - Tluq mit-Terminal tal-Imġarr għal żjara lil diversi
presepji statiċi u mekkaniċi għal wiri tal-pubbliku.
4:15pm - Żjara lir-raħal żgħir ta’ Santa Luċija li jkun qed jiċċelebra l-
festa titulari tal-qaddisa patruna tiegħu.
5:00pm - Parteċipazzjoni fl-attività “Gozo’s Yesteryear Christmas” fiċ-
Ċittadella t’Għawdex.
7:00pm - Tluq għal żjara lill-Presepji fil-Bażilika tan-Natività fix-
Xagħra
8:00pm - Tluq għall-Port tal-Imġarr
8:45pm - Tluq tal-vapur lura lejn Malta
TOUR 2
Data: Il-Ħadd 23 ta’ Diċembru 2012
Ħin: Tluq mal-vapur tas-2:15pm minn Malta
Programm:
2:45pm - Wasla tal-vapur fil-Port tal-Imġarr, Għawdex
3:00pm - Tluq mit-Terminal tal-Imġarr għal żjara lil diversi presepji
statiċi u mekkaniċi għall-wiri tal-pubbliku.
4:15pm - Tluq għal żjara lill-Presepji fix-Xagħra inkluż l-Eko-Siġra
fejn il-Knisja ta’ Sant’Anton u l-Presepju Ħaj fejn il-Knisja tan-Nazzarenu.
6:00pm - Tluq għar-raħal ta’ San Lawrenz
6:30pm - Parteċipazzjoni fil-Pageant tal-Milied “Twieled fi Djarna” fil-
Pjazza u t-toroq ta’ San Lawrenz.
8:00pm - Tluq għall-Port tal-Imġarr
8:45pm - Tluq tal-vapur lura lejn Malta
Min jixtieq jipparteċipa għandu jibbukkja post sa mhux iktar tard mill-Ġimgħa 14 u mill-Ġimgħa 21 ta’ Diċembru rispettivament billi jċempel fuq 22156701 jew jibgħat imejl fuq info@gozoculture.com. Il-ħlas huwa ta’ €5 kull persuna.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en