STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
Il-Gvern qed jieħu nota tal-kontroversja li qamet dwar l-intenzjonijiet tal-Malta International Airport (MIA) li kienet qed tikkunsidra l-possibbiltà li twettaq outsourcing tax-xogħol marbut ma’ airport attendants.
Malli l-Gvern ġie mgħarraf b’din il-possibbiltà, il-Ministru Fenech iltaqa’ mal-Management tal-MIA fejn iddiskuta l-intenzjonijiet tal-MIA u fejn il-Ministru insista li jekk tali deċiżjoni tittieħed, l-interessi tal-ħaddiema kellhom jiġu salvagwardjati.
Min-naħa tagħha, l-MIA assigurat lil Gvern li għadha biss fi stadju ta’ evalwazzjoni u fejn kif inhu l-obbligu legali tagħha avżat lil Union bl-intenzjoni tagħha li tagħmel studju ta' kif din l-operazzjoni tista’ isir aktar effiċjenti. Qalet ukoll li f'dan l-istadju qed tikkonsidra diversi options minn bidliet fil-prattiċi tax-xogħol u li żżomm l-operazzjoni bil-ħaddiema tagħha stess, ghal xi forma ta' outsourcing.
Madankollu, il-kumpanija tat assigurazzjoni lill-Gvern li jekk finalment tieħu xi deċiżjoni lejn l-outsourcing ta’ dan ix-xogħol, kienet se tħares l-interessi tal-ħaddiema f’dan il-proċess, u li ma kella l-ebda intenzjoni li tagħmel xi forma ta' forced redundancies.
Għandu jkun irrimarkat li l-MIA diġà wettqet outsourcing ta’ setturi oħra tal-ħidma fl-ajruport,bħall-qasam tas-sigurtà, fejn dan il-proċess sar mingħajr il-ħtieġa ta’ redundancies jew tnaqqis fil-kundizzjonijiet tal-ħaddiema.
Filwaqt li din hija deċiżjoni ta’ kumpanija privata, il-Gvern bħala shareholder minoritarju se jibqa’ jsegwi din il-kwistjoni mill-qrib biex jassigura li l-interessi tal-ħaddiema jibqgħu jiġu salvagwardjati.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en