AKTAR INIZJATTIVI BIEX IT-TFAL JILAGĦBU U JIKBRU B’SAĦĦITHOM
Projbizzjoni tat-Tipjip fil-Playgrounds
L-ambjent fejn it-tfal jilgħabu jaffettwa l-iżvilupp u s-saħħa tagħhom. Għalhekk il-Gvern qed jieħu inizjattiva oħra favur it-tfal biex jinqata’ t-tipjip fil-playgrounds fl-ibliet u fl-irħula. B'effett mill-10 ta' Diċembru, 2012, l-infurzar tal-projbizzjoni tat-tipjip ta' kull prodott tat-tabakk fil-playgrounds jew f'ġonna pubbliċi fil-parametri (precincts) fejn ikun hemm xi logħob għall-użu ta' tfal (Avviż Legali 493 tal-2011), ser ikun suġġett għal kampanja edukattiva.
Dawk il-persuni li jiffrekwentaw il-postijiet li għalihom tapplika l-projbizzjoni tat-tipjip (fosthom, ġenituri, qraba u persuni oħra li jakkumpanjaw it-tfal), permezz ta' din il-kampanja edukattiva, ser jingħataw l-opportunità li jagħrfu l-ħtieġa li li jipproteġu u jbegħdu lit-tfal tagħhom mill-vizzju tat-tipjip.
Għal dan il-għan, tħejjiet skema li permezz tagħha, persuni li jabbużaw mill-projbizzjoni, ser jingħataw twissija (Warning Ticket) mill-Gwardjani Lokali li jkunu qed jgħassu kontra dan l-abbuż.
Il-kampanja edukattiva tikkonsisti fil-ħruġ ta' mhux iktar minn żewġ (2) Warning Tickets lil dawk il-persuni li, waqt li l-kampanja edukattiva tkun għada fis-seħħ, jabbużaw billi jpejpu f’postijiet projbiti bħalma huma l-Adventure Park f’Ta’ Qali, playing fields u outdoor gyms u ġonna pubbliċi fil-parti fejn ikun hemm xi logħob tat-tfal. Wara t-tieni Warning Ticket, japplika t-ticket normali (Avviż ta' Kontravvenzjoni) li hu suġġett għal multa ta' mhux inqas minn €232.90, għal dawk li jerġgħu jabbużaw mill-projbizzjoni. Dawn jirċievu separatament nota ta' twissija dwar il-konsegwenzi ta' abbuż persistenti meta jingħataw it-tieni ticket.
Il-Gwardjani Lokali huma awtorizzati bil-liġi li joperaw bħala pajżana biex jinfurzaw din il-projbizzjoni.
Kull Warning Ticket maħruġ skont din l-iskema ser ikun reġistrat fis-sistema tal-infurzar lokali (Local Enforcement System).
Din il-kampanja ser titħaddem għal perjodu ta' 6 xhur.
Is-suċċess ta' din l-iskema jiddependi ħafna mill-koperazzjoni sħiħa taċ-ċittadini li għalihom tapplika din il-kampanja edukattiva u li qed issir fl-interess tat-tfal.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en