Left arrow Mur Lura

‘FTIT U TAJJEB’ - KAMPANJA NAZZJONALI KONTRA L-OBEŻITÀ

pr2688
Date Icon 06/12/2012

In-numru ta’nies li jbatu mill-piż żejjed u l-obeżità qed jiżdied madwar id-dinja kollha kif ukoll f’Malta. Skont l-aħħar statistika mid-Dipartiment tas-Saħħa fl-Informattika u r-Riċerka (2008), madwar 36% tal-Maltin qalu li għandhom il-piż żejjed filwaqt li 22% oħra ddikjaraw lilhom infushom obeżi. Il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità  Joe Cassar qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha tħabbret kampanja kontr l-obeżita bħala parti mill-istrateġija nazzjonali dwar l-obeżità.

Joe Cassar qal li minn statistika li nġabret fi studju f’Malta fl-2010 aktar minn 40% ta’ tfal Maltin bejn 7-11 il-sena huma obeżi jew għandhom il-piż żejjed. L-Istudju Dwar l-Imġieba tat-Tfal dwar Saħħithom (HBSC 2006) wera li t-tfal Maltin ta’ 11 u 13 il-sena għandhom it-tieni l-aktar proporzjon għoli waqt li t-tfal Maltin ta’ 15-il sena għandhom l-aktar proporzjon għoli ta’ piż żejjed u obeżità meta mqabbla mal-41 pajjiż parteċipanti fl-istudju. Skont l-istudju HBSC ta’ 2010 il-proporzjon ta’ tfal ta’11,13 u 15 il-sena li għandhom piż żejjed jew huma obeżi żdied b’1% minn 29.3% (2006) sa  30.7% (2010). Għalkemm il-proporzjon żdied u hu ukoll ferm aktar għoli mill-medju tal-HBSC internazzjonali jidher li ma żdiedx bl-istess rata bħal fis-snin ta’ qabel.

L-obeżità tista’ twassal għal ċertu tipi ta’ mard, fosthom il-mard tal-qalb, id-dijabete, l-pressjoni għolja u l-kanċer. Kawża ta’ hekk hu stmat li d-Diviżjoni tas-Saħħa qed tonfoq madwar 20 miljun Euro iżjed kull sena minħabba mard li jirriżulta mill-piż żejjed u l-obeżità.

Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzzjoni tal-Mard ħejja diversi inizzjattivi kontra l-obezità matul dawn l-aħħar snin. Din il-kampanja partikolari, bl-isem, ‘Ftit u Tajjeb’, għandha l-għan li żżid l-għarfien fost il-pubbliku Malti dwar l-importanza tal-moderazzjoni fil-konsum  u l-għażliet tajba tal-ikel.

Dawn il-messaġġi qed jitwasslu permezz ta’ kampanja li tinkludi:

• Produzzjoni u ‘Airing’ ta’ messaġġi dwar it-tema ta’din il-kampanja kemm fuq it-televiżżjoni

• Tqassim ta’ fuljetti bla ħlas  bil-pariri kif dak li jkun jista’ jtejjeb id-drawwiet tal-ikel

• Parteċipazzjoni fi programmi kemm fuq ir-radju u t-televiżżjoni kif ukoll f’taħdidiet fil-kommunità dwar dan is-suġġett

Ir-raġuni komuni li twassal għall-piż żejjed u l-obeżità hi minħabba żbilanċ bejn l-enerġija kkunsmata mill-ikel u l-użu ta’enerġija mill-attività fiżika. Għaldaqstant, id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard iħeġġeġ lin-nies jagħmlu għażliet tajba fl-ikel u jnaqqsu l-porzjonijiet tal-ikel biex b’hekk jieklu b’ammont moderat.

Għal aktar tagħrif dwar is-suġġett wieħed jista’ jikkuntattja lid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard fuq in-numru: 2326 6000; websajt: www.ehealth.gov.mt, email: health.pro@gov.mt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow