DISKORS MILL-ONOR. AUSTIN GATT, MINISTRU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI WAQT IL-FTUĦ UFFIĊJALI TAT-TRIQ IL-ĠDIDA MIX-XEWKIJA SAR-RABAT, F’GĦAWDEX U TA‘ TRIQ IL-MARFA FIL-MELLIEĦA. IT-TLIETA 4 TA’ DIĊEMBRU, 2012
Bi pjaċir illum qed niftaħ uffiċjalment dawn iż-żewġ toroq, kruċjali għall-infrastruttura ta’ pajjiżna – t-triq li mix-Xewkija twassal sar-Rabat f’Għawdex u Triq il-Marfa fil-Mellieħa.
Proġetti li jkolli nammetti sibna problemi mhux ħażin hekk kif kien qed isir ix-xoghol. Biss biss insemmi li hawnhekk f’Għawdex, sibna ammont sostanzjali ta’ fdalijiet storiċi u x-xogħol kellu jieqaf biex ikunu studjati u ppreservati.
Fil-proġett l-ieħor, dak ta’ Triq il-Marfa, il-problemi kienu kkawżati prinċiparjament mill-maltemp li laqgħat lill-pajjiżna tul il-bidu ta’ din is-sena u anke minħabba li kuntrattur ma kellux biżżejjed ħaddiema biex jaħdmu fuq dan il-proġett.
Din it-triq f’Għawdex, li kienet l-itwal fost il-proġetti kollha, hija ta’ 3.1km apparti d-9.4km ta’ toroq li ntużaw bħala rotot alternattivi. Il-proġett hawn sewa ’l fuq minn 12-il miljun ewro. B’dawn il-fondi mhux biss saret it-triq il-ġdida u t-toroq alternattivi iżda wkoll inbnew 3 ġibjuni li bejniethom jesaw 720 metru kubu ta’ ilma.
It-triq tal-Marfa kienet b’tul ta’ 2.5km u saru wkoll tul ta’ 3km toroq li intużaw bħala rotot alternattivi. Dan il-proġett sewa kważi tmien miljun ewro. Barra l-kostruzzjoni mill-qiegħ tat-triq, tul Triq il-Marfa inbnew wkoll 3 ġibjuni għall-ħażna ta’ l-ilma. Il-ġibjuni jesaw elf u mitt metru kubu ta’ ilma.
F’dan iż-żewġ toroq, li x-xogħol fuqhom beda f’Marzu tas-sena li għaddiet, u fuqhom ħadmu aktar minn 300 ħaddiem f’xi ħin jew ieħor.
Noti ġenerali:
Il-Proġetti tat-TEN-T network jiswew mas-47 miljun ewro li minnhom l-Unjoni Ewropea qed tħallas 85% tal-ispiża eliġibli, bil-Gvern Malti jħallas il-bqija tal-ispiża.
It-toroq li lestejna huma:
Il-bypass ta’ M’Scala
Triq Valletta fiż-Żurrieq
Triq Kunsill ta’ l-Ewropa f’Ħal Luqa
Triq Garibaldi fil-Marsa
Xatt l-Għassara ta’ l-Għeneb u Moll iċ-Ċangatura
Triq il-Marfa fil-Mellieħa
Triq li mix-Xewkija twassal saċ-ċentru tar-Rabat f’Għawdex.
Kull proġett jgħaddi minn skrutinju indipendenti ta’ testjiiet u huwa biss meta TM tirċievi performance results ta’ kwalità li toħroġ il-complianace certificate. Fil-każ fejn ikun hemm partijiet minn toroq mhux ċertifikati l-kuntrattur ikun imġiegħel jaqla’ x-xogħol jew jitnaqqaslu l-ħlas mis-somma dovuta lilu.
Fil-fatt f’dawn iż-żewġ toroq li qed insemmu llum, TM għadha qed tistenna xi riżultati ta’ testijiet biex imbagħad jinħareġ il-compliance certificate u TM tkun tista’ toħroġ il-pagamenti finali lill-kuntratturi. Jekk iċ-ċertifikat ma’ joħroġx, il-kuntrattur irid isewwi il-partijiet tat-triq fejn ma’ laħqux il-kwalità rikjesta.
Minn dejjem kont ninsisti li fejn ix-xogħol mhux tajjeb u ta’ periklu għas-sewwieqa, dan għandu jinqala’ immedjatament a’ spejjeż tal-kuntrattur.
Il-Proġetti tat-TEN-T ix-xogħlijiet jikkonsistu:
• F’xogħlijiet ta’ asfaltar fuq it-toroq ta’ devjazzjoni;
• kostruzzjoni mill-ġdid tat-triq mill-pedimenti;
• Twessiegħ u irranġar tal-alignment tat-triq. It-tqegħid ta’ servzzi ġodda u installazzjoni ta’ diversi service culverts;
• Il-bini ta’ gibjuni għall-ilma tax-xita u installar ta’ sistemi ta’ gbir għall-istess ilma;
• L-installazzjoni ta’ dawl LED li biex jiżdied l-użu effiċjenti ta’ l-enerġija, sinjali tat-traffiku u żebgħa tat-toroq, sinjali ta’ direzzjoni u, crash barriers;
• Kostruzzjoni ta’ ħitan tas-sejjieħ u hitan tal-lqugħ,
• Introduzzjoni ta’ tħawwil ta’ pjanti, siġar u titjib simil ieħor,
• Introduzzjoni ta’ faċilitajiet għal kull min qed jagħmel użu mit-triq – pedestrian crossings, bus stops, bankini u xi cycle lanes bħal fil-każ taċ-Ċirkewwa
• U l-asfaltar ta’ total ta’ 15-il kilometru ta’ toroq fil-madwar tal-proġetti biex iservu ta’ toroq alternattivi waqt li jkun qiegħed isir ix-xogħol.
Id-disinji l-ġodda tat-toroq arterjali kollha li saru f’dawn l-aħħar ħames snin jinkorporaw fihom wkoll landscaping li jixraq u jsebbaħ lit-toroq tagħna. Mhux hekk biss iżda naraw li l-landcaping li sar ma joħloqx periklu għal kull min juża t-triq.
Fuq kollox it-toroq il-ġodda huma attrezzati b’dawn apposta li jgħin lis-sewwieq bil-lejl u li fuq kollox huma energy saving.
Toroq li fadal:
Il-Bypass ta’ Penellu fil-Mellieħa
Ix-xogħol fuq il-bypass ta’ Pennellu għaddej kif ippjanat madanakollu x-xogħol ma jistax isir matul il-lejl kif ippjanat minħabba ilmenti tar-residenti u wara talba tal-lukandi li hemm fl-inħawi.
Dan il-proġett jiswa għaxar miljun ewro oħra (€10m)
L-Underpass fi Triq Diċembru Tlettax fil-Marsa
Hawnhekk ukoll sfortunatament instabu fdalijiet arkeoloġiċi li sal-lum għadhom qed ikunu investigati mis-Superintendenza tal-Wirt Kulturali.
Ix-xogħol hawnhekk, kif ħabbarna x-xahar li għadda x-xogħol kellu jieqaf minħabba li x-xogħol ta’ skavar irid ikompli fix-xhur tas-Sajf.
Dan il-proġett qiegħed isir bi spiża ta’ għaxar miljun ewro u nofs (€10.5m)
Malta – Gozo Tunnel Link
Bħalma tafu r-rapport preliminari dwar il-mina bejn Malta u Għawdex kien konkluż u ppubblikat f’April li għadda. Minn dan l-istudju ħareġ li hemm 4 possibilitajiet ta’ disinji.
Transport Malta issa lestiet t-tender biex jibdew isiru l-feasibility studies. Dan it-tender jinsab għand id-Dipartiment tal-Kuntratti biex joħroġ fil-jiem li ġejjin.
Permezz ta’ dan it-tender jintagħżel il-koordinatur ta’ diversi studji li jridu jsiru fosthom dawk tekniċi, ambjentali u soċjali.
Konklużjoni
Minn meta dħalna fl-Unjoni Ewropea sal-lum investejna madwar 80 miljun ewro fi proġetti ta’ toroq arterjali u disrtibutorji. Dan jinkludi biss il-proġetti ta’ rikostruzzjoni u ma jinkludix ix-xogħlijiet extensivi ta’ patching fuq in-network u naturalment ma’ jinkludix xogħol fuq toroq residenzjali fil-lokalitjajiet.
Mill-2008 sal-2013 qed nitkellmu dwar madwar 17 KM ta’ toroq arterjali u distributorji li huma essenzjali għal pajjiżna.
Rigward it-toroq residenzjali mill-2008 sal-lum investjena mal-20M Ewro fuq toroq residenzjali. S’issa lestejna 450 triq residenzjali. Bħalissa qed isiru madwar 14 oħra u diġà hemm kuntratti mogħtija għal 29 triq ġdida oħra. Dan barra t-300 triq li qed isiru mill-Kunsilli Lokali flimkien mal-privat.
Matul din is-sena se nkunu għamilna wkoll b’madwar sitt miljun ewro f’patching fuq it-toroq tagħna (2011-2012), li fil-maġġoranza kienu link roads, toroq li suppost jaqgħu taħt r-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali.
Qed jiġi finalizzat ukoll ix-xogħol ta’ pavimentar taċ-ċentru tal-Belt Valletta. L-investiment hemmhekk huwa ta’ €2.5miljun.
Dawn il-proġetti kollha li saru tul dawn l-aħħar snin fissru mhux biss infrastruttura aħjar, u anqas inċidenti fatali, iżda fissru għixien għal mijiet ta’ familji Maltin u Għawdxin. Biss biss fuq it-toroq kellna 25 kuntrattur jaħdem li bejniethom iħaddmu madwar 1500 ruħ.
Ħafna minnhom jistqarru li kieku l-Gvern ma ħoloqx il-proġeti ta’ toroq u dawk kapitali, fl-aħħar erba’ snin kienu jispiċċaw ikeċċu l-ħaddiema.
Dan jagħmilna kburin bħala Gvern għax mhux biss se nħallu pajjiż ħafna aħjar milli sibnieh, b’eżempju ċar huma t-toroq, iżda ħloqna x-xogħol għall-poplu tagħna biex ikollu għixien aħjar.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en