Left arrow Go Back

RIŻULTATI REKORD GĦAX-XHUR TAS-SAJF TURISTIKU

pr2657
Date Icon 04/12/2012

Ottubru huwa is-seba’ xahar rekord konsekuttiv fit-turiżmu

Fl-ewwel għaxar xhur tas-sena kien hawn diġà żieda ta’ 21,000 turist fuq Jannar-Ottubru 2011

1. Is-sajf turistiku ta’ din is-sena kien sajf rekord. Is-sajf fit-turiżmu huwa meqjus li jibda f’April u jintemm f’Ottubru u matul dawn x-xhur fl-2012 pajjiżna kellu riżultati rekord fl-ammont ta’ turisti, fl-iljieli li qatgħu Malta u fin-nefqa tat-turisti.

Bejn April u Ottubru 2012, ġew Malta aktar minn 1.09 miljun turist li jfisser żieda ta’ 48,138 turist fuq l-ammont ta’ turisti fl-istess perjodu is-sena li għaddiet. Dawn qattgħu ’l fuq minn 9.6 miljun lejl, li jfisser żieda ta’ madwar 900,000 lejl fuq April – Ottubru 2011 u nefqu aktar minn biljun ewro li jfisser żieda ta’ €91 miljun fuq n-nefqa fl-istess perjodu fl-2011.

2. L-istatistika ppublikata llum mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO)  turi li f’Ottubru ta’ din is-sena żaru Malta 152,572 turist, żieda ta’ ¬4,686 (+3.2%) turist fuq l-istess perjodu fl-2011. Dawn qattgħu aktar minn 1.2 miljun lejl li jfisser żieda ta’ 81,129(+6.8%) lejl fuq Settembru 2011 u nefqu aktar minn €139.5 miljun li jfisser żieda ta’ aktar minn €11 il- miljun (+8.8%) fuq l-istess xahar tas-sena l-oħra. B’hekk Ottubru huwa s-seba’ xahar konsekuttiv li fih kienu reġistrati riżultati rekord fi tlett indikaturi ewlenin tas-settur turistiku jiġifieri fin-numru ta’ turisti, fl-iljieli li qattgħu f’pajjiżna u fin-nefqa tagħhom f’Malta.

3. Anke r-riżultati għall-ewwel għaxar xhur tas-sena huma pożittivi. Bejn Jannar u Ottubru 2012 ġew Malta madwar 1.3 miljun turist, żieda ta’ aktar minn 21,000 turist fuq l-istess perjodu is-sena li għaddiet u qattgħu ’l fuq minn 11 il-miljun lejl, żieda ta’ aktar minn 745,000 (+7.1%) lejl fuq Jannar-Ottubru  2011. Fl-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena, it-turisti nefqu ’l fuq minn 1.2 biljun ewro,  żieda ta’ aktar minn €91miljun (+8.1%) fuq l-istess perjodu fl-2011. Din in-nefqa tfisser kummerċ għal diversi negozji fosthom lukandi, ristoranti, u kull tip ta’ negozju li jgawdi mis-suċċess fis-settur turistiku. Tfisser ukoll ħolqien ta’ aktar impjiegi.

Ir-riżultati fis-settur turistiku huma frott ħidma li qed titwettaq bejn il-Gvern u d-diversi stakeholders. Il-Gvern jibqa’ impenjat li jkompli jaħdem id f’id mal-istakeholders fl-industrija turistika biex jkompli l-investiment fil-prodott, fis-servizzi turistiċi, fl-attivitajiet kulturali u avvenimenti oħra interessanti li qed jiġu organizzati f’pajjiżna, fil-promozzjoni barra minn pajjiżna kif ukoll fl-aċċessibilità. Il-Gvern jibqa’ impenjat li jkompli jwettaq politika għaqlija għat-turiżmu għaliex jagħraf li dan huwa pilastru ewlieni tal-ekonomija ta’ pajjiżna li jiġġenera l-kummerċ u joħloq l-impjiegi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow