LAQGĦA TAL-EUROGROUP U L-ECOFIN B’ENFASI FUQ IT-TISĦIĦ TAL-ISTABBILITÀ EKONOMIKA U FINANZJARJA FL-UNJONI EWROPEA
Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech, ħalla Malta għal Brussell, fejn se jipparteċipa għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN) u l-laqgħa tal-Grupp tal-Ewro (EUROGROUP). Tonio Fenech hu akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Alfred Camilleri.
It-tisħiħ tal-istabbilità ekonomika u finanzjarja fl-Unjoni Ewropea tibqa’ fuq quddiemnett tal-aġenda hekk kif il-qagħda finanzjarja tal-Greċja, Spanja u l-Portugall se jkunu fuq l-aġenda tal-Eurogroup. Se jkun hemm ukoll diskussjoni dwar il-qagħda ta’ numru ta’ pajjiżi li għadhom taħt il-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv. Malta tneħħiet minn din il-proċedura wara li laħqet il-miri stabbilit fil-qasam finanzjarju u għal sena oħra se tkun qed tagħlaq is-sena taħt it-3%. Se ssir diskussjoni wkoll dwar l-għajnuna finanzjarja mitluba minn Ċipru u diskussjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu ta’ Stabbilità Ewropew.
Għada mbagħad tiltaqa’ l-laqgħa tal-ECOFIN, li se jittratta fost diversi temi oħra marbuta mal-governanza ekonomika, fosthom dwar proposta ta’ Regolament dwar dispożizzjonijiet komuni għal monitoraġġ tal-budgets u l-korrezzjoni ta’ defiċits u l-proposta ta’ regolament dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza tal-Istati Membri, li jkunu qed jesperjenzaw diffikultajiet marbuta mal-istabbilità finanzjarja. Issir wkoll diskussjoni dwar Proposta għal Direttiva dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarju u dwar ir-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u kumpaniji ta’ investiment.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en