L-ISKEMA TAL-ISPIŻERIJA TAL-GĦAŻLA TIEGĦEK
Valletta – Ħamrun – Ħal Qormi – Ħaż-Żebbuġ - Siġġiewi – Ħaż-Żabbar –Xgħajra – M’Scala – B’Buġa – Żejtun – M’Xlokk
Id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC] jixtieq jinforma lill-pazjenti li joqogħdu il-Belt Valletta, il-Ħamrun, Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi, Ħaż-Żabbar, ix-Xgħajra, M’Scala, B’Buġia, iż-Żejtun, M’Xlokk u li huma intitolati għall-mediċini b’xejn mingħand il-Gvern, li fil-jiem li ġejjin l-Iskema tal-POYC ser tiġi estiża għal dawn il-lokalitajiet.
Għaldaqstant, il-pazjenti li joqogħdu f’dawn il-lokalitajiet u li għandom il-Kartuna s-Safra u dawk li huma intitolati għall-mediċini tad-dijabete u li s-soltu jiġbru l-mediċini tagħhom mill-Ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa tar-Raħal Ġdid u tal-Ħal Qormi huma mitluba jassiguraw li għandhom id-dokumenti kollha meħtieġa u validi biex jkunu jistgħu jibbenifikaw mill-Iskema. Id-dokumenti jinkludu:
1. Il-Kartuna s-Safra / il-Kartuna u l-Formola r-Rosa / u l-Kartuna l-Bajda għall-mediċini kkontrollati [skont kif japplika]
2. Il-Permess li jintitolak għall-mediċini fuq l-approvazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa [MEU]
Id-data tal-ftuħ tar-Reġistrazzjoni għandha titħabbar aktar tard. Id-Dipartiment tal-POYC, filwaqt li jirringrazzja lill-pazjenti għal koperazzjoni tagħhom, jixtieq jgħarraf li ma tista’ tiġi aċċettata l-ebda applikazzjoni jekk ma tkunx fuq il-Formola Uffiċjali li ser titqassam fl-Ispiżeriji ta’ dan il-lokal fi żmien qarib.
Min għandu bżonn ta’ aktar informazzjoni huwa ġentilment mitlub jċempel fuq 2248 1800 jew 2210 6350
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en