ĊERIMONJA TAL-GRADWAZZJONI TAL-ISTITUT GĦAL STUDJU TURISTIĊI -
Illum gradwaw l-istudenti tal-ITS li temmew il-kors ta’ Diploma u Higher National Diploma b’suċċess tul is-sena li għaddiet. Flimkien ma’ dawn, lestew il-kors ukoll studenti oħra f’livelli ta’ Certificate, Foundation u ESTS (Extended Skills Traineeship Scheme), biex b’kollox hemm 219-il gradwat din is-sena. Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Dolores Cristina saħħqet illi l-gradwati tal-ITS jirrapreżentaw il-potenzjal kbir ta’ aktar żviluppi f’dan is-settur f’Malta għax għandhom ġo fihom l-ideat ġodda kollha u n-know how sabiex dan is-settur jiġi xxprunat ‘l quddiem.
Il-Ministru qalet li filwaqt li hu evidenti li din l-istituzzjoni hi storja oħra ta’ suċċess, l-ITS fasslet viżjoni ġdida sentejn ilu, sabiex din l-istituzzjoni tista’ tkompli tikber. Din il-viżjoni tirrapreżenta pjan ta’ kif l-ITS ser tkompli tħarreġ ħaddiema ta’ kwalità fis-settur tat-turiżmu, inkluż lil min diġà jaħdem fis-settur u jixtieq ikompli jtejjeb il-kwalità ta’ ħajja tiegħu Il-viżjoni ġdida tal-ITS hija msejsa wkoll fuq l-istrateġija li żviluppa l-Gvern (Viżjoni 2015) li tagħraf lis-settur turistiku bħala wieħed mis-seba’ pilastri ewlenin tal-pajjiż.
Il-Ministru saħħqet li l-istudenti qegħdin fiċ-ċentru tal-viżjoni tal-ITS, liema viżjoni hija imsejsa fuq il-prinċipji ta’ kwalità u rilevanza ta’ tagħlim, innovazzjoni, u żvilupp ħolistiku tal-ħiliet sabiex l-istudenti jgħarrfu jkunu għodda importanti fl-industrija – għodda ta’ xogħol u servizz ta’ kwalità, u għodda ta’ żvilupp innovattiv. Bħala parti mill-pjan għall-ITS għall-ġejjieni, il- Ministru semmiet ukoll pjanijiet għal kampus ġdid għall-ITS fi snin li ġejjin.
Il-Ministru faħħret l-ITS li din is-sena ngħatat personalità legali permezz ta’ liġi li ġiet ppublikata f’Mejju din is-sena, li permezz tagħha l-ITS saret awtonoma u tista’ tikber dejjem aktar u tkompli fil-ħidma tagħha b’mod aktar effetiv. Il-Ministru irreferiet għal dan il-pass bħala promotion għall-ITS.
Il-Ministru sellmet ukoll lill-gradwati tal-ITS li ġejjin minn pajjiżi barranin u awgurat ukoll illl-gradwati kollha sabiex ikomplu fit-tagħlim tagħlim tagħhom tul ħajjithom. Irringrazzjat lill-Bord tal-Gvernaturi, il-management, il-lekċerers u l-ħaddiema kollha tal-ITS.
Waqt iċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni, tkellment ukoll gradwata Jessica Magri, li bħalissa qed tkompli l-istudji tagħha fl-Universita’ ta’ Malta. Hija tkellmet dwar l-esperjenza tagħha tul 4 snin fl-ITS, u qalet li l-edukazzjoni u t-taħriġ li ħadet fl-ITS ippreparawha tajjeb ħafna kemm għad-dinja tax-xogħol kif ukoll għall-ħajja akkadmika ġewwa l-Università. Hija saħħqet illi tagħraf bis-sħiħ ir-relevanza ta’ kull aspett ta’ tagħlim li rċiviet l-ITS u spiċċat id-diskors tagħha billi qalet “if I could, I would do it all over again”.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en