Left arrow Mur Lura

38 SOCIAL WORKER IEĦOR JINGĦATAW IL-WARRANT

pr2639
Date Icon 30/11/2012

38 social worker ieħor ingħataw il-warrant li jintitolahom li jeżerċitaw il-professjoni tagħhom. Il-warrant jingħata wara li social worker ikun kiseb it-taħriġ meħtieġ u jkun ilu jipprattika għal mill-inqas sentejn. Wieħed mill-kriterji li social worker irid jissodisfa biex jibqa’ jżomm il-warrant hu ta’ taħriġ kontinwu biex jaġġorna ruħu mal-iżviluppi fil-qasam.

Il-warrants ingħataw mill-Onor. Chris Said, Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja li feraħ lil dawk preżenti filwaqt li appella biex iktar żgħażagħ jagħżlu din il-karriera li huwa sejjaħ “vokazzjoni”. Huwa rrimarka kif is-servizz mogħti mis-social workers jgħin biex jiġu identifikati diffikultajiet soċjali kemm jista’ jkun fi stadju bikri filwaqt li huma jikkontribwixxu b’mod attiv biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-iktar nies vulnerabbli fis-soċjetà.

Il-Ministru qal li għalkemm skont l-aħħar ċifri tal-NSO llum għandna iktar minn 1,250 persuna jaħdmu full-time fis-settur tas-social work b’mod ġenerali u ftit iktar minn 600 ħaddiem ieħor fuq bażi part-time, pajjiżna jeħtieġ iktar persuni kkwalifikati u mħarrġa għal dan il-qasam.

B’riferenza għall-Baġit li ppreżenta l-Gvern nhar l-Erbgħa, il-Ministru Said qal li l-Gvern diġà qiegħed jinvesti b’mod sostanzjali fil-qasam soċjali fis-sens wiesgħa tiegħu. Parti kbira mill-ispiża tal-Gvern f’dan il-qasam tmur għall-benefiċċji soċjali li mis-sena d-dieħla hi stmata li se titla’ bi €13.7 miljun għal iktar minn €787 miljun. Dan minbarra fondi oħra li jingħataw lil entitajiet u aġenziji li jaħdmu f’dan il-qasam biex jingħataw servizzi, inkluż ta’ social work mingħajr ħlas, lill-vulnerabbli, lit-tfal, liż-żgħażagħ, lill-persuni b’diżabilità u lill-anzjani.

Huwa semma li fost l-inizjattivi li ħabbar il-Gvern hemm numru ta’ inċentivi li jgħinu direttament it-titjib tal-kwalità tal-ħajja ta’ dawn il-kategoriji ta’ nies, filwaqt li rrefera b’mod partikolari għat-tfal b’diffikultajiet, marbuta ħafna drabi mal-ħidma tas-social workers.

Dawn jinkludu ħidma fuq strateġija nazzjonali fil-qasam tal-ħarsien tat-tfal li jgħixu barra mid-dar naturali tagħhom biex is-servizzi u s-sapport kollu li jingħata lil tfal li huma taħt Ordni ta’ Ħarsien (care order) ikunu għad-dispożizzjoni tat-tfal kollha li huma f’Out-of-Home Care. Inizjattiva oħra tal-Baġit hi dik biex ikun hemm ftehim ma’ strutturi li jilqgħu fihom minuri biex ikun hemm spazju biżżejjed biex f’każ ta’ emergenza dawn jilqgħu lil dawn it-tfal, isir l-assessjar professjonali tagħhom u tkun identifikata akkomodazzjoni iktar permanenti għalihom.

Inizjattivi oħra li l-Gvern irid jagħmel mis-sena d-dieħla ’l quddiem jinkludu t-twaqqif ta’ dar residenzjali ġdida għall-aħwa li sal-lum qed ikollhom imorru f’istituzzjonijiet differenti, it-twaqqif ta’ faċilità terapewtika għal tfal bi problema ta’ mġieba, u l-bini ta’ tliet child care centres ġodda.

F’Għawdex il-Gvern irid jiftaħ Child Development Centre li minnu jingħataw servizzi edukattivi b’rabta ma’ diffikultajiet speċifiċi, filwaqt li jrid ukoll jiftaħ tliet Ċentri oħra tal-Ħarsien tat-Tfal fiż-Żurrieq, fil-Gżira u f’San Gwann. Sal-ewwel xhur tas-sena d-dieħla l-Gvern irid ukoll ikollu 30 ċentru ieħor għat-tfal ta’ bejn it-tliet snin u 16-il sena wara l-ħin tal-iskola. Dan minbarra l-għoti għall-ewwel darba ta’ kreditu ta’ kontribuzzjonijiet soċjali sa ħames snin sħaħ lil żgħażagħ li jagħmlu volontarjat f’pajjiżna, fejn nafu li ħafna huma dawk li juru interess li jgħinu lil tfal vulnerabbli jew b’diffikultajiet. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow