Left arrow Mur Lura

L-ASSEMBLEA PARLAMENTARI TAL-KUNSILL TAL-EWROPA

pr2633
Date Icon 30/11/2012

L-Onor Francis Agius, Kap tad-Delegazzjoni Maltija għall-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, attenda l-laqgħa tal-iStanding Committee li nżammet f’Andorra fid-29 u t-30 ta’ Novembru 2012.

F’din il-laqgħa ġie diskuss ix-xogħol li hemm quddiem id-diversi kumitati speċjalizzati tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa kif ukoll l-aġenda għall-ewwel sessjoni plenarja tal-istess Assemblea li se tinżamm f’Jannar tal-2013 ġewwa Strasbourg.

Fl-intervent tiegħu l-Onor Francis Agius tkellem fuq kif il-Kunsill tal-Ewropa jista’ jkun aktar rilevanti għall-popli li jirrappreżenta fir-rigward tat-tħaris tad-drittijiet tal-bniedem b’mod speċjali fis-sitwazzjoni preżenti fil-Lvant Nofsani kif ukoll saħaq fuq l-importanza li għandha tingħata liż-żgħażagħ partikolarment lil dawk li għal xi raġuni għadhom ma bbenefikawx minn programmi ta’ edukazzjoni għal kulħadd.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow