Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr2623
Date Icon 29/11/2012

L-Oppożizzjoni tibqa’ tirrepti l-iżball li għamlet il-bieraħ. 

Il-paga minima ma tiġix intaxxata.

Biż-żieda li ngħatat fil-budget, il-paga minima żdiedet għal €162.19 fil-ġimgħa.  Dan ifisser li l-paga minima ta' sena hi €8,433 (€162.19 x 52 = €8433.88) fis-sena.  Għalhekk fuq il-paga minima ma titħallas l-ebda taxxa. 

Il-paga minima hi anqas mill-ammont ta' dħul taxxabbli kemm għal min jagħmel dikjarazzjoni singola li hi ta' €8,500, kemm għal min jagħmel dikjarazzjoni kongunta li hi ta' €11,900 kif ukoll għal komputazzjoni ġenitur li hi ta' €9,300.

Dan juri li l-argument tal-Kap tal-Oppożizzjoni li qal li l-paga minima qed tiġi intaxxata hu żbaljat.

Kwalunkwe dħul ieħor li jaqbeż l-ammonti taxxabbli msemmija jiġi intaxxat bħal kull dħul ieħor.

L-Oppożizzjoni ma jinteressahiex il-fatt li l-Budget 2013 iżid l-għajnuniet lill-familja billi jnaqqas l-income tax, iżid iċ-children’s allowance, jinvesti aktar f’inċentivi għax-xogħol, jinvesti aktar fis-saħħa aktar u fl-edukazzjoni ta’ uliedna. Għall-kuntrarju, jinteressaha biss li tirrepeti qlajja li għamlet il-bieraħ filgħaxija, li diġa’ ġiet miċħuda fil-Gvern.

Il-Ministeru jfakkar ukoll li hemm diversi għajnuniet għal familji bi dħul li jiddependi fuq il-minimum wage. Studenti li l-ġenituri tagħhom jiddependu fuq paga minima waħda jingħataw stipendju ogħla minn studenti oħra. Studenti li jkunu l-Junior College jew l-MCAST flok €83 kull erba’ ġimgħat jingħataw €124 kull 4 ġimgħat bħala stipendju; studenti universitarji flok jingħataw €83 jingħataw €251 kull 4 ġimgħat.  F’dan il-budget il-Gvern reġa’ żied l-għajnuna supplimentari għal studenti li ġejjin minn familji b’diffikultajiet finanzjarji

Familji bit-tfal li jgħixu b’paga minima jingħataw Children’s Allowance ogħla minn familji oħra. Din reġgħet żdiedet f’dan il-Budget ukoll.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow