STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
pr2621
28/11/2012
Biż-żieda li ngħatat fil-budget, il-paga minima żdiedet għal €162.19 fil-ġimgħa. Dan ifisser li l-paga minima ta' sena hi €8,433 (€162.19 x 52 = €8433.88) fis-sena. Għalhekk fuq il-paga minima ma titħallas l-ebda taxxa.
Il-paga minima hi anqas mill-ammont ta' dħul taxxabbli kemm għal min jagħmel dikjarazzjoni singola li hi ta' €8,500, kemm għal min jagħmel dikjarazzjoni kongunta li hi ta' €11,900 kif ukoll għal komputazzjoni ġenitur li hi ta' €9,300.
Dan juri li l-argument tal-Kap tal-Oppożizzjoni li qal li l-paga minima qed tiġi intaxxata hu żbaljat.
Kwalunkwe dħul ieħor li jaqbeż l-ammonti taxxabbli msemmija jiġi intaxxat bħal kull dħul ieħor.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en