AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni każwali għall-Membru Parlamentari fit-tmien Distrett Elettorali
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li ser tirċievi nominazzjonijiet ta’ kandidati għall-elezzjoni każwali sabiex jimtela’ il-post ta’ Membru Parlamentari fit-Tmien Distrett Elettorali li tbattal mill-Onor. Tonio Borg.
Dawk il-kandidati li kkontestaw it-Tmien Distrett Elettorali fl-Elezzjoni Ġenerali tat-8 ta’ Marzu, 2008, u li ma ġewx eletti iżda għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex jiġu eletti, jistgħu jippreżentaw in-nomina tagħhom minn nhar il-Ħamis 29 ta’ Novembru sa nhar it-Tnejn 3 ta’ Diċembru, 2012, fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Evans Building, Misraħ Sant’Iermu, l-Belt Valletta, bejn id-9.00 a.m. u s-1.00 p.m.. Formoli tan-nomina jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Elettorali waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en