STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ
83,818 PERSUNA JIĠBRU 1,334 TIP TA MEDIĊINA B’XEJN MINN 59 LOKALITA
L-Għada li l-Gvern ħabbar it-tieni programm nazzjonali ta screening tal-kanċer f’pajjiżna, il-Malta Labour Party għażel li jerġa jmaqdar il-qasam tas-saħħa. Minflok ħataf l-opportunita biex jgħid x’jaħseb dwar programmi simili li qed iwasslu biex litteralment aktar nies jibqgħu ħajjijn, il-Malta Labour Party għażel li jgħid li s-servizz tas-saħħa mhux komdu u li jittimbra n-nies.
Ironikament l-oppożizzjoni illum kienet qed tattakka l-iskema tal-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek, magħrufa aktar bħala il-POYC .
Fil-fatt din li-skema hi propju eżempju ċarissimu ta kemm is-sistema tas-saħħa saret aktar komda. Illum 83,818 persuna qed jiġbru il-mediċina li għandhom bżonn minn 160 spiżerija f’59 lokalita! Issa fadal 11-il lokalita biex jidħlu fl-iskema.
Il-Gvern saħansitra fi żmien fejn id-dinja qed tiffaċċja kriżi ekonomika żied l-investiment fil-qasam tas-saħħa u kompla żied il-lista ta mediċini li l-Maltin u l-Għawdxin jistgħu jieħdu b’xejn.
Kuntrarju ta dak li qiegħed iseħħ madwarna il-Gvern żied is-servizzi tas-saħħa, biex illum il-Maltin u l-Għawdxin jistgħu jibbenefikaw minn aktar minn 4,000 proċedura tas-saħħa b’xejn.
Aktar minn hekk, din is-sena tħabbret riforma fl-iskeda numru ħamsa. Dan fisser li n-numru ta’ kundizzjonijiet meqjusa bħala mard kroniku, u li jintitolaw il-pazjenti għal mediċini b'xejn, ġew irduppjati minn 38 għal 79. Kif kien imwiegħed, pazjenti li jbatu mid-Dimenzja issa se jkunu intitolati għal mediċini b'xejn kif kien imwiegħed.
Ovvjament dan kollu qiegħed jirriżulta f’aktar nies jgħixu aktar, u fi stat ta saħħa aħjar.
Filwaqt li l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa tgħid li pajjiżna għandu jservi ta role model għal-pajjiżi fir-reġjun tal-Ewropa, u li 82% tal-poplu Malti jgħid li huwa sodisfatt bis-servizz tas-saħħa (Eurobarometer), il-Malta Labour Party ikompli imaqdar mingħajr ma jipproponi xejn.
Il-Ministeru għas-Saħħa huwa konxju li minkejja r-riżultati pożittivi, fadal xi jsir. Iżda għallinqas b’rispett lejn kull professjonist li jaħdem fil-qasam tas-saħħa, l-oppożizzjoni għadnha tagħti stampa aktar reali tas-sitwazzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en