STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL
Il-Gvern jibqa’ mħasseb dwar kull persuna li tkun trid taħdem u qed tfittex ix-xogħol. Għalhekk il-Gvern jibqa’ impenjat li jkompli joħloq l-aħjar ambjent ekonomiku biex jiżdied l-investiment, jiżdiedu l-impjiegi, jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ taħriġ biex min irid jaħdem jikseb ħiliet ġodda għall-impjiegi li jkunu qed jinħolqu.
Fl-aħħar 4 snin, il-qagħda ekonomika u finanzjarja internazzjonali u ewropea kienet waħda diffiċli b’diversi pajjizi jnaqqsu l-investiment, jintilfu l-impjiegi tal-ħaddiema u tiżdied ir-rata tal-qgħad.
Minkejja s-sitwazzjoni tal-pajjiżi ta’ madwarna u dawk li nagħmlu l-kummerċ magħhom, f’pajjiżna inħolqu 20,000 impjieg, l-impjiegi baqgħu jiżdiedu u qabżu l-151,000 u Malta għandha l-ħames l-anqas rata ta’ qgħad mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Minkejja dan il-Gvern hu sensittiv u jibqa’ jaħdem biex jiżdiedu l-impjiegi għal kull min irid jaħdem.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en