PILLOLI TAD-DIMENSJA
Il-Kundizzjoni tad-Dimensja ngħatat importanza u prijorità nazzjonali u ġiet introdotta uffiċjalment fil-Lista tal-Ħames Skeda, fl-Att tas-Sigurtà Soċjali Kap 318 Art 23 hekk kif ġiet introdotta uffiċjalment ir-riforma ta’ Skeda V fis-27 ta’ Marzu 2012 kif ġie stabbilit fl-Avviż Legali 81 tal-2012.
Mediċini li kienu ġa disponibbli fil-Formularju tal-Gvern bdew jingħataw b'xejn għall-kura tad-dimensja kif din il-kundizzjoni kronika ġiet introdotta fir-riforma ta’ Skeda Ħamsa. Applikazzjonijet ta’ mediċini li ma kinux fil-Formularju tal-Gvern bdew jiġu milqugħa sabiex isir l-istħarriġ neċessarju mid-Dipartiment tas-Saħħa.
Wara li sar l-istudju u l-evalwazzjoni neċessarju tal-applikazzjoniet ta’ mediċini għall-kura ta’ pazjenti bil-marda ta’ Alzheimer moderata jew gravi se tiġi introdotta l-mediċina Donepezil fil-Formularju tal-Gvern għal din it-tip ta’ dimensja.
Qed isir iktar stħarriġ u valutazzjoni mid-Dipartiment tas-Saħħa rigward il-mediċina memantine (Axura®) għall-kura tal-marda ta’ Alzheimer moderata jew gravi.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en