STQARRIJA KONĠUNTA BEJN IL-MINISTERU GĦALL-KOMPETIZZJONI ĠUSTA, NEGOZJI ŻGĦAR U L-KONSUMATUR U L-AWTORITA MALTIJA GĦALL-KOMPETIZZJONI U L-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR
L-Onor. Helena Dalli tkompli tallarma għal xejn lill-impjegati tal- MCCAA
B’referenza għall-istqarrija maħruġa mill-Onor. Helena Dalli datata 23 ta’ Novembru, il-Ministru Jason Azzopardi u l-Awtorita Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur tixtieq terġa tikkjarifika xi punti:
Jidher ċar li l-Onor. Dalli ma qratx dak li qal l-espert dwar il -boltijiet imsaddin, jew inkella min qiegħed jgħaddilha l-informazzjoni issa sar espert ukoll. L-espert ikkonferma li fl-intervent tiegħu tkellem b'mod ġenerali u mhux speċifikament fuq is-saqaf tal-binja imsemmija.
Ir-rizultati miksuba dejjem kienu inqas mill-limiti stabiliti mill-liġi, u dawn intwerew kemm lir-raprezentanti tal-Union kif ukoll lil tal-Health and Safety Committee ta' l-Awtorita u dan sar biex l-Awtorita isserraħ moħħ l-impjegati tagħħa. Barra minn hekk l-Awtorita bgħatet ukoll kopja ta’ dawn ir-riżultati lill-Awtorita tas- Saħħa u Sigurta. L-Awtorita għamlet ukoll investiment fis-sistema tal-filtrazzjoni tal-arja, sabiex tkompli tassigura li l-ambjent ġewwa l-binja jkompli jkun iżjed sigur.
L-Awtorita għamlet dawk l-istudji kollha meħtieġa skont il-liġi tas-Saħħa u s-Sigurta fuq il-post tax-xogħol u rriżulta li ma kien hemm l-ebda riskju. Jidher li l-Onor. Dalli ma tridx taċċetta l-fatti kif inhuma realment u qiegħda tkompli tinterpreta d-diskors tal-espert kif jaqbel lilha, b’tali mod li toqgħod tallarma bla bżonn lill- ħaddiema ta' l-Awtorita.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en