STQARRIJA TAL-GVERN
pr2598
26/11/2012
B’referenza għall-istqarrijiet li saru, il-bieraħ minn Dott Muscat u llum minn Dott Michael Falzon, il-Gvern ittenni l-pożizzjoni tiegħu li kull rapport jew allegazzjoni għandhom jiġu investigati mill-awtoritajiet responsabbli, inkluż mill-Pulizija.
Il-Kummissarju ikkonferma li se jinvesta l-allegazzjonijiet li saru.
Il-Gvern, kif għamel il-bieraħ fl-istqarrija li ħarġet mid-Dipartiment tal-Informazzjoni, jerġa’ jistieden lill-Kap tal-Oppozizzjoni u issa lil Dott Michael Falzon biex jekk għandhom xi informazzjoni jgħadduha lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en