Left arrow Mur Lura

IMNIEDI L-PROGRAMM NAZZJONALI TA’ SCREENING GĦALL-KANĊER FIL-MUSRANA

pr2597
Date Icon 26/11/2012

Il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita`, l-Onor. Joe Cassar dalgħodu nieda Programm Nazzjonali ta’ Screening għall-Kanċer fil-Musrana. Il-Kanċer fil-musrana l-kbira huwa t-tieni l-aktar kanċer komuni fil-gżejjer Maltin u dan jaffetwa kemm irġiel kif ukoll nisa. Ir-riskju ta’ dan it-tip ta’ kanċer jikber għal dawk li jkollom ħamsin sena ‘l fuq. Fis-sena 2010 ġew irrapurtati 232 każ ta’ kanċer tal-musrana, 119 minnom li kienu rġiel. Kull sena jmutu madwar 100 ruħ minn din il-marda.

Biex ikompli jitwettaq il-Pjan Nazzjonali dwar il-Kanċer 2011 – 2015, il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita` kompla bl-isforzi tiegħu fil-ġlieda kontra l-kanċer. Fix-xhur li għaddew kienet għaddejja ħidma intensiva ta’ preparazzjoni biex jibda jingħata dan is-servizz ġdid. L-ewwel ċiklu ta’ sentejn se jkun miftuh għall-irġiel u nisa bejn 60 u 64 sena (jiġifieri dawk li twieldu bejn l-1949 u l-1953), fejn propju tinsab l-ogħla inċidenza ta’ din il-marda.

L-Onor. Cassar saħaq li l-programm se jibni fuq is-suċċess tal-mudell tal-Programm Nazzjonali ta’ Screening għall-Kanċer tas-sider, fejn l-investiment li għamel il-Gvern fis-sistemi tal-informatika issa se jagħmilha possibli biex ikunu ikkordinati programmi oħra ta’ screening. L-istedina tintbagħat id-dar bil-posta wara selezzjoni awtomatika mill-kompjuter fuq bażi ta’ data ta’ twelid.

It-test jikkonisisti minn test sempliċi li wieħed jista’ jagħmel fil-privatezza ta’ daru. Dan it-test m’għandux bżonn restrizzjonijiet ta’ dieta jew mediċini. Hekk niżguraw li jkun aktar faċli biex wieħed jaċċetta l-istedina u jieħu sehem f’dan il-programm. Permezz ta’ dan it-test nistgħu nilqgħu għal din il-marda minn qabel u jitneħħew felul qabel ma jsiru kanċerużi. B’hekk titnaqqas l-inċidenza tal-marda. Jistgħu wkoll jinstabu sinjali ta’ dan il-kanċer fi stadju bikri.

Dawk li jinstabilhom it-test pożittiv jiġu riferuti għal aktar testijiet wara li jingħataw il-pariri meħtieġa. Dawn it-testijiet jistgħu jinvolvu kolonoskopija, testijiet tal-laboratorju u/jew mikroskopju u testijiet oħra skont il-ħtiġijiet ta’ l-individwu.

Dan ser ikun servizz bla ħlas u hu msejjes fuq linji gwida għall-assikurazzjoni ta’ kwalita` għal screening u dijanjosi bikrija ta’ kanċer fil-musrana, kif stabbilit mill-Unjoni Ewropeja.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow