TAGĦRIF DWAR IL-BUDGET 2013
Id-Dipartiment tal-Informazzjoni jgħarraf li se joffri dawn is-servizzi ta’ tagħrif dwar il-Budget 2013.
Il-Budget fuq l-Internet
Nhar l-Erbgħa, 28 ta’ Novembru, mat-tmiem tad-diskors tal-Budget fil-Parlament, it-test kollu tad-Diskors tal-Budget 2013, l-Estimi Finanzjarji kif ukoll l-Economic Survey se jkunu disponibbli fuq il-website tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment (www.mfin.gov.mt) u l-website tad-DOI (www.doi.gov.mt).
Barra minn hekk, tard filgħaxija fuq il-website tad-DOI se jittella’ online,audio recording tad-diskors tal-Budget.
Audio u video recordings tal-Konferenza Stampa li l-Prim Ministru u l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, se jagħtu nhar l-Erbgħa wara l-qari tad-Diskors tal-Budget, se jkunu online fuq il-website tad-DOI, nhar il-Ħamis, 29 ta’ Novembru 2012.
Pubblikazzjonijiet dwar il-Budget
Kopji stampati tad-Diskors tal-Budget (€2.50), l-Estimi Finanzjarji (€5), u l-Economic Survey (€5), ser jkunu għall-bejgħ mid-DOI Sales Office, 3 Misraħ Kastilja, Valletta, minn nhar il-Ħamis, 29 ta’ Novembru, 2012.
Għal aktar tagħrif, wieħed jista’ jċempel fuq 2200 1700 jew jibgħat e-mail lil: info.doi@gov.mt
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en